Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Gozo Green Energy Expo

pr230324
Date Icon 03/03/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fetaħ it-tieni edizzjoni tal-Gozo Green Energy Expo, inizjattiva ambjentali tas-Soċjetà Filarmonika Leone. Huwa qal li dan l-avveniment għandu importanza reġjonali għaliex se jkun qed jesibixxi f'Għawdex l-aħħar żviluppi għal soluzzjonijiet alternattivi t'enerġija sostenibbli, u huwa relevanti wkoll għaliex Għawdex tiddependi ħafna fuq l-enerġija impurtata.

Din qed tittella' fl-ewwel Ċentru tal-Konferenzi u Esibizzjonijiet f'Għawdex, permezz ta' fondi Ewropej. Din il-faċilità qed tkun mgħammra biex tospita varjetà ta' avvenimenti, minn konferenzi tan-negozju għal wirjiet kulturali u intraprendorjali.

“Ninsab fiduċjuż li Għawdex jista' jsir mexxej f'soluzzjonijiet ta' enerġija sostenibbli, u jikkontribwixxi għall-isforzi ġenerali ta' Malta lejn futur aktar ekoloġiku," tenna l-Ministru Camilleri filwaqt li elenka diversi proġetti importanti li qed jiġu implimentati permezz ta' EkoGħawdex u l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali (GRDA).

Il-Ministru semma l-proġett InCircle, li permezz tiegħu nbena ġibjun li jesa 'l fuq minn 500 metru kubu t'ilma li ser jgħin lill-bdiewa fit-tisqija tal-prodotti agrikoli tagħhom lejn in-naħat ta' Santa Luċija. Proġett ieħor huwa dak tal-multi-modal hub f'Ta' Xħajma, li malli jitlesta ser ikun qiegħed joffri servizz ta' Park and Ride b'xejn permezz ta' sitt karozzi tal-linja elettriċi kif ukoll spazju rikreattiv u aħdar għall-komunità Għawdxija, li se jinkludi Smartflowers biex jiġi ġġenerat l-elettriku.

Huwa semma l-proġett BioBlu li permezz tiegħu, EkoGħawdex flimkien mal-Università ta' Malta u l-Università ta' Catania, qegħdin jaħdmu sabiex inaqqsu l-effetti tal-microplastics li jħammġu l-bajjiet u l-ibħra tagħna u li jkollhom effett negattiv fuq il-fawna u l-food chain u dan kollu permezz tal-aħħar teknoloġija.

Il-Ministru Camilleri tkellem ukoll dwar il-proġett MedWet, li għadu kif rebaħ unur mill-Greening the Islands Awards fil-Gran Canaria, li permezz tiegħu qed ssir riċerka dwar l-effiċjenza fl-użu tal-ilma għat-tisqija kif ukoll fuq x'effett l-ilma tan-New Water għandu fit-tkabbir tal-pjanti meta imqabbel mal-ilma tax-xita.

Il-Ministru fakkar kif fuq livell Ewropew, Għawdex intgħażel ukoll bħala wieħed mill-100 belt sabiex isiru Climate-Neutral. Hawnhekk spjega li dan jinvolvi tibdil ta' kif nużaw l-enerġija u wkoll kif nivvjaġġaw minn u lejn Għawdex u f'Għawdex stess.

Huwa tenna li din hi mixja li tirrikjedi ħidma kollettiva. “Il-Gvern għandu rwol x'jaqdi imma hemm ukoll rwol fundamentali ta' kif kull individwu jġib ruħu u d-deċiżjonijiet li jrid jagħmel," kompla jgħid il-Ministru Camilleri.

Il-Ministru faħħar lis-Soċjetà Filarmonika Leone għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom sabiex itellgħu dan l-avveniment. “Inħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu vantaġġ minn din l-opportunità biex jitgħallem aktar dwar soluzzjonijiet ta' enerġija sostenibbli sabiex flimkien inkomplu naħdmu lejn futur aktar ekoloġiku u sostenibbli għal Għawdex, bħala gżira reġjun," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Gozo Green Energy Expo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Gozo Green Energy Expo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Gozo Green Energy Expo
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow