Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-belt ta’ Cork li għandha rabtiet ma’ Malta

pr230322
Date Icon 02/03/2023

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella flimkien mal-President tal-Irlanda Michael D. Higgins u s-Sinjura Sabina Higgins il-Ħamis filgħodu żaru l-belt ta' Cork li għandha rabtiet ma' Malta fuq l-aspett ta' riċerka ambjentali.

Huma kellhom taħdita interessanti ma' grupp ta' studenti f'University College Cork, li ffukat fost oħrajn fuq it-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti żewġ studenti Maltin, li kellhom l-opportunità li jistudjaw nursing f'din l-università permezz tal-programm Erasmus. Bħalissa f'University College Cork qed jistudjaw 32 student minn Malta.

F'kumment lill-ġurnalisti wara żjara qasira fil-kappella Honan fl-università, il-President Vella tkellem dwar il-kuntatti b'saħħithom li għaddejjin bejn Malta u l-Irlanda fil-qasam edukattiv, b'mod partikolari fil-qasam tax-xjenza u dak mediku. Spjega li “hemm tentattivi biex din ir-relazzjoni tissaħħaħ għax hija relazzjoni li tagħti ħafna frott."

Iż-żewġ Presidenti kkonfermaw li ż-Żjara Statali tal-President Vella fl-Irlanda, u ż-żewġ żjarat tal-President Higgins f'Malta s-sena li għaddiet, komplew jikkonfermaw il-ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Presidenti żaru wkoll l-Istitut ta' Riċerka Ambjentali (ERI) fi ħdan l-università fejn kellhom preżentazzjoni tax-xogħol tal-istitut li jiffoka fuq l-isfidi ambjentali tat-tibdil tal-klima, l-ekonomija ċirkulari, u ambjent b'saħħtu. Saret preżentazzjoni wkoll fuq l-ikbar ċentru fi ħdanu bl-isem MaREi (Science Foundation Ireland Research Centre for Energy, Climate and Marine), li jikkollabora mal-Università ta' Malta permezz ta' proġetti f'dawn l-oqsma.

Mal-wasla tagħhom f'Cork, il-President Vella u l-President Higgins, u d-delegazzjonijiet tagħhom, kellhom lagħqa ta' korteżija mad-Deputat Sindku tal-belt, is-Sur Damian Boylan. Id-diskussjoni ffukat fuq l-istorja tal-belt ta' Cork, ir-riġenerazzjoni tal-port ta' Cork, u kif il-belt qed tilqa' għat-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu fuq l-għargħar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-belt ta’ Cork li għandha rabtiet ma’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-belt ta’ Cork li għandha rabtiet ma’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-belt ta’ Cork li għandha rabtiet ma’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-belt ta’ Cork li għandha rabtiet ma’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President u s-Sinjura Vella jżuru l-belt ta’ Cork li għandha rabtiet ma’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow