Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Junior College b’qabża fil-kwalità fis-servizzi għall-istudenti tagħha

PR230319
Date Icon 02/03/2023

Fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela ġie inawgurat it-tisbiħ u r-rinnovar ta' żewġ sulari f'binja, li huma kompletament dedikati għal servizzi li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-istudenti u li jmorru lil hinn mill-kurrikulu tal-kulleġġ. Iż-żewġ sulari jiġbru fihom servizzi ta' gwida, appoġġ, pariri kif ukoll servizzi amministrattivi, l-uffiċċju tas-saħħa u sigurtà, l-uffiċċju internazzjonali, l-uffiċċju taċ-Chaplin, spazji għall-edukazzjoni fi gruppi żgħar u spazji fejn isiru attivitajiet u laqgħat.

“Illum mhux biss qed naraw rinnovar komplet u tisbiħ f'dawn iż-żewġ sulari, imma aktar importanti, qed naraw investiment dirett fl-istudent", qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt l-inawgurazzjoni.

“Il-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela llum il-ġurnata huwa istituzzjoni edukattiva li qed toffri edukazzjoni tal-aqwa kwalità, imma qed tagħti wkoll servizzi anċillari li huma tant importanti għall-istudenti biex jgħinuhom kemm waqt il-ħajja edukattiva fuq il-kampus, imma wkoll bħala gwida f'dak kollu li jkollhom bżonn, kemm fuq bażi personali, u għal dak li jeħtieġu għall-futur tagħhom", qal il-Ministru Grima.

Is-servizzi kollha mogħtija huma mmexxija minn professjonisti u minn edukaturi li għandhom esperjenza vasta warajhom, u għalhekk għandhom id-determinazzjoni kif ukoll il-kapaċità li jiggwidaw lill-istudenti f'dak li jkunu jeħtieġu.

Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, Paul Xuereb, spjega li fiż-żminijiet tal-lum kien meħtieġ li jingħata aspett iktar modern u effiċjenti ta' dawn is-servizzi, f'bini rinnovat, biex jilħqu l-bżonnijiet ta' dawk kollha li jkunu jridu jagħmlu użu minnhom. “Dan huwa pass kbir 'il quddiem, għaliex issa dawn is-servizzi se jibdew jingħataw f'ambjent aktar adattat u li jirrispetta l-ħtiġijiet tal-lum", qal Paul Xuereb.

Il-Ministru Grima rringrazzja lill-edukaturi kollha ta' dan il-kulleġġ tal-impenn tagħhom fis-sistema edukattiva u lill-ħaddiema kollha li wettqu x-xogħol li ġie inawgurat.

L-inawgurazzjoni saret lejlet Open Day tal-kulleġġ li matulha l-istudenti prospettivi qed ikunu mistiedna jattendu biex jieħdu l-informazzjoni kollha tal-post edukattiv prospettiv tagħhom.

“Din hija ġurnata oħra li fiċ-ċentru tagħha hemm l-istudent. Huwa wkoll pass importanti għal dawk l-istudenti kollha li minn livell sekondarju se jagħmlu l-pass li jmiss. Għalhekk inħeġġeġ lil dawn l-istudenti prospettivi biex jieħdu l-okkażjoni, jiġu fil-Kampus tal-Junior College, fejn se jsibu l-għajnuna kollha meħtieġa biex tiggwidahom għat-tkomplija tal-istudji tagħhom", temm jgħid il-Ministru Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Junior College b’qabża fil-kwalità fis-servizzi għall-istudenti tagħha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Junior College b’qabża fil-kwalità fis-servizzi għall-istudenti tagħha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Junior College b’qabża fil-kwalità fis-servizzi għall-istudenti tagħha
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow