Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr tal-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Knisja tal-Ġiżwiti

pr230315
Date Icon 01/03/2023

Ix-xogħol fuq is-Sagristija miexi ġmielu

Ir-restawr tal-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni tlesta fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Belt Valletta, filwaqt li x-xogħol fuq is-sagristija mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici waqt żjara li għamel f'din il-knisja.

Dan ix-xogħol ta' restawr sar b'investiment ta' €1,250,000 minn fondi nazzjonali u sar taħt it-treġija tad-Direttorat tar-Restawr. Dan l-investiment ikopri wkoll l-ispiża neċessarja għall-eventwali restawr tat-tieni Oratorju, jiġifieri dak tal-Onorati.

Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza l-importanza ta' restawr ta' dawn il-postijiet ta' wirt importanti, li jinsabu fil-qalba tal-Belt kapitali. Huwa saħaq li dan il-wirt patrimonjali jattira wkoll viżitaturi li jiġu f'pajjiżna biex jesperjenzaw il-wirt reliġjuż u dak artistiku. Innota wkoll li l-konservazzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet tal-arti tiggarantixxi s-sopravivenza u t-tgawdija tagħhom għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li jżuru din il-Knisja.

“B'kollox se jkunu ġew investiti €4.5 miljun f'din il-ġawhra patrimonjali fil-Belt Valletta u dan l-investiment jinkludi x-xogħlijiet li bdew fl-2015 bir-restawr tal-bejt tal-knisja tal-Ġiżwiti, il-koppla, il-kupletti ta' fuq il-kappelli u l-kampnar. Ix-xogħlijiet tkomplew bir-restawr tal-faċċati tal-knisja fi Triq il-Merkanti, fi Triq l-Arċisqof u fi Triq San Pawl, kif ukoll ir-restawr li qed nitkellmu fuqu illum," tenna l-Ministru Bonnici.

L-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni nbena fl-ewwel nofs tas-seklu 17 biex jipprovdi spazju ta' talb għal Konfraternità mwaqqfa mill-Kavallieri ta' San Ġwann. Għalkemm il-perit tal-Oratorju mhux magħruf, xi wħud jattribwuh lil Francesco Buonamici (1596–1677). 

Ir-Rettur tal-Knisja, Rev. Dr Nicholas Doublet sostna li “permezz tar-restawr ta' dan ix-xogħol barokk mhux biss qed inħallu lil dawk li jżuru jesperjenzawha fl-oriġinal tagħha, iżda  qed jinħoloq hub kulturali ġdid fiċ-ċentru stess tal-Belt Valletta. L-ispazju diġà joffri post għal programm kulturali varjat li se nkomplu nkabbru fix-xhur li ġejjin."

Il-Perit Mark Azzopardi mid-Direttorat tar-Restawr spjega fid-dettall ix-xogħol li sar. “Ġiet introdotta sistema ta' detezzjoni tan-nar u ġew installati dwal ġodda fis-sagristija. Studji fuq il-ħitan u s-saqaf eżistenti identifikaw il-kuluri oriġinali li issa ġew riprodotti. Saru wkoll tiswijiet fil-ġebel u fit-twieqi u ġew irranġati wkoll faċilitajiet sanitarji fis-sagristija, filwaqt li l-art tal-irħam tas-sagristija ġiet imsewwija u illustrata mill-ġdid," spjega l-Perit Azzopardi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr tal-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Knisja tal-Ġiżwiti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta x-xogħol ta’ restawr tal-Oratorju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Knisja tal-Ġiżwiti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow