Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitħabbar il-programm ta’ attivitajiet ‘L-Għid f’Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni’

pr230314
Date Icon 01/03/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-programm ta' attivitajiet 'L-Għid f'Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni' li se jibda mill-10 ta' Marzu u jibqa' sejjer sal-14 ta' April 2023.

Huwa stqarr li l-Ministeru għal Għawdex fassal kalendarju kulturali mimli attivitajiet relatati ma' dawn il-jiem qaddisa tal-Għid. “Permezz tal-programm ta' attivitajiet 'L-Għid f'Għawdex', qed nassiguraw li nżommu ħajjin bosta tradizzjonijiet li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra u noffru esperjenza differenti lil dawk kollha li jagħżlu lil Għawdex f'dawn il-jiem," tenna l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri spjega li l-programm ta' attivitajiet jinkludi, fost oħrajn, għadd ta' funzjonijiet, purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, bosta kunċerti ta' mużika sagra, diversi esibizzjonijiet tal-arti viżiva, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir inkluż bl-Istatwa tal-Irxoxt, kif ukoll attivitajiet għat-tfal.

Filwaqt li tenna li Għawdex lest sabiex jilqa' bosta viżitaturi matul dan iż-żmien tas-sena, il-Ministru ħeġġeġ lil pubbliku sabiex jattendu għal dawn l-attivitajiet.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur https://issuu.com/visitgozo/docs/easter_in_gozo_2023

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitħabbar il-programm ta’ attivitajiet ‘L-Għid f’Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni’
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow