Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet b’aktar ħidma biex tkompli tiġi indirizzata l-iskills gap

pr230312
Date Icon 01/03/2023

“Pajjiżna huwa impenjat li jżid l-isforzi biex tkun indirizzata d-differenza fil-ħiliet, dawk magħrufa bħala skills gap, li huma kkawżati mill-ħtiġijiet emerġenti ta' ekonomija li qed tikber u tinbidel b'pass mgħaġġel". Hekk stqarr il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt l-inawgurazzjoni ta' uffiċċji ġodda għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet (National Skills Council) f'Pembroke.

Il-Ministru spjega li l-għan primarju tal-Kunsill, li ġie elevat għal Korp Eżekuttiv, huwa li jibni rabtiet aktar b'saħħithom bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ, u l-impjiegi, li għandhom iwasslu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki diversi fi sforz biex jitnaqqas id-distakk fil-ħiliet.

Il-Ministru Clifton Grima sostna li l-Kunsill se jmexxi direzzjoni strateġika li se tkun ibbażata fuq stħarriġ li jsir fis-setturi varji u se jkollu wkoll lir-rwol li jissuġġerixxi bidliet fil-politiki li jistgħu jgħinu biex jitnaqqas id-distakk attwali fil-ħiliet.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, qal “Irridu nevalwaw u naħsbu mill-ġdid il-mod kif inħarsu lejn liema ħiliet huma meħtieġa fid-dinja tax-xogħol kemm dik tal-lum kif ukoll dik futura. Tul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Kunsill beda jaħdem mill-qrib ma' diversi partijiet interessati fl-ekosistema tal-ħiliet ta' pajjiżna biex ikunu eżaminati x'inhuma l-aħjar prattiki, sfidi u opportunitajiet, biex jiġu inklużi fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Ħiliet".

Permezz tal-ħidma tal-Kunsill flimkien ma' sħab ewlenin oħra, Malta se ssaħħaħ l-impenn tagħha biex tindirizza dawn l-isfidi u għalhekk tiżgura li l-workforce ma tkunx ibbażata biss fuq kwalifiki, iżda wkoll b'aġenda ħolistika ta' ħiliet li huma meħtieġa mill-ekonomija. Hija ħidma li se tippromwovi wkoll kultura ta' tagħlim tul il-ħajja.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni Matthew Vella enfasizza li l-iżvilupp u l-użu effettiv tal-ħiliet fis-setturi kollha tas-soċjetà huma importanti biex jissaħħu l-benesseri ekonomiċi u soċjali ta' pajjiżna għall-futur.

Il-mandat elevat ta' Korp Eżekuttiv li ngħata lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi stabbilita s-sena 2023 bħala s-Sena Ewropea tal-Ħiliet, li għaliha l-Kunsill se jaġixxi bħala Koordinatur Nazzjonali.

Il-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet se tkompli tiżgura li l-pajjiż ikollu pedament sod li fuqu jkompli jibni l-kompetittività ta' Malta u jappoġġja s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali futura.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet b’aktar ħidma biex tkompli tiġi indirizzata l-iskills gap
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet b’aktar ħidma biex tkompli tiġi indirizzata l-iskills gap
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet b’aktar ħidma biex tkompli tiġi indirizzata l-iskills gap
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow