STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET
Stqarrija ppubblikata mill-Oppożizzjoni iktar kmieni llum ma tirriflettix il-fatti kif tassew huma. Fi stqarrija l-Oppożizzjoni ppruvat tagħti l-impressjoni li proġett privat ta' €12-il miljun li se jsir fuq art privata se jkun qed isir fuq art pubblika jew f'xi żona li hi art verġni. Jirriżulta wkoll li dan proġett li diġà għandu l-permessi tal-ippjanar.
Il-parti tal-allokazzjoni li l-Gvern ressaq għall-approvazzjoni tal-Parlament hija parti minn triq li llum m'għadiex tintuża, altru milli spazju miftuħ. Din fil-fatt ħa tibqa' tintuża bħala triq li tagħti aċċess wara li jsir dan l-investiment. Il-Gvern diġà għamilha ċara wkoll li l-mitħna li hemm mhux se titmiss u ħa tibqa' proprjetà tal-Gvern b'aċċess liberu u pubbliku mad-dawra kollha tagħha. Din il-mitħna se tkun imħarsa.
Il-Gvern ħa dan il-pass biex jgħin l-investiment privat bl-ikbar trasparenza permezz ta' proċess parlamentari. Dan bil-għan li jsostni l-investiment privat, f'dan il-każ f'żona diġà mibnija, u jkompli jkattar l-impjiegi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en