Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-gvern qed jinvesti fl-infrastruttura meħtieġa għall-elettrifikazzjoni tal-vetturi – 1,200 punt tal-irriċarġjar ippjanati sal-2024

pr230310
Date Icon 01/03/2023

Tul l-aħħar snin rajna kif is-setturi tat-trasport u l-enerġija jimpattaw bi sħiħ lil xulxin, sal-punt li l-isfidi li jiffaċċja settur wieħed iħallu impatt fuq l-ieħor. Jekk irridu niżguraw li jkollna suċċess fl-iżvilupp taż-żewġ setturi, filwaqt li nilħqu wkoll il-miri klimatiċi tagħna, jeħtieġ li nimxu 'l quddiem flimkien.


Dan qalu l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt laqgħa informali tal-kunsill tal-Ministri għat-Trasport u l-Enerġija fi Stokkolma.


Il-Ministru qal li Malta għandha opportunitajiet limitati biex tagħmel il-bidla fil-mod tal-ivvjaġġar, fejn it-trasport tal-art huwa l-uniku għażla disponibbli u fattibbli biex tivvjaġġa, filwaqt li t-trasport permezz tal-baħar u l-ajru huma l-unika għażla għall-konnettività ta' Malta mal-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Huwa sostna li dawn il-limitazzjonijiet ġeo-fiżiċi, u n-nuqqas ta' riżorsi naturali jfissru li l-elettrifikazzjoni tal-flotta tat-trasport hija l-unika soluzzjoni.


Huwa spjega li l-gvern qed jaħdem biex jinvesti f'infrastruttura tajba, bi 340 'charging point' diġà installati u qed jiffunzjonaw, u b'1,200 punt tal-irriċarġjar (“charging point") oħra ppjanati sas-sena 2024. Fl-istess waqt, il-gvern nieda skemi biex iħeġġeġ lin-nies u n-negozji jaqilbu lejn vetturi elettriċi.


Barra minn hekk, il-ministru kompla jispjega li l-portijiet tan-netwerk TEN-T qed jiġu mibdula b'infrastruttura li tipprovdi enerġija mill-art filwaqt li l-politika nazzjonali tal-avjazzjoni li tnediet riċentament, toħloq bilanċ bejn il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi u taħdem biex jintlaħqu l-miri li għandu l-pajjiż fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li tippreserva l-konnettività u l-kompetittività ta' pajjiżna.

Il-Ministru Farrugia tenna li pajjiżna jrid jkun mgħammar bi provvista ta' enerġija sigura, affidabbli u affordabbli. Qal li fl-aħħar sena, li kienet waħda ta' sfida, kien hemm żieda fl-ispejjeż tat-trasport. Kompla li ladarba pajjiżna miexi lejn l-elettrifikazzjoni tal-flotta, kemm dik privata u kemm dik pubblika, jeħtieġ li jkollna grid tal-elettriku b'saħħtu u li jiflaħ, kif ukoll taħlita ta' sorsi tal-enerġija, inkluż enerġija rinnovabbli. Ghaldaqstant, Malta tistenna li tirċievi l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward.

“Barra minn hekk, irridu niżguraw li d-domanda u l-provvista, fil-qasam leġislattiv tal-UE jkunu sinkronizzati. Flimkien, irridu nkomplu ninvestu fl-iżvilupp ta' fjuwils aktar nodfa li huma affordabbli, sikuri, u faċilment disponibbli għal kulħadd. Fir-rigward tal-provvista ta' vetturi elettriċi, Malta tiddependi fuq is-suq Ewropew li ma jaħsibx biżżejjed għall-vetturi elettriċi li jinstaqu minn xufiera fuq in-naħa tal-lemin. Għalhekk, jeħtieġ li niggwidaw u nappoġġjaw lill-industrija Ewropea biex niżguraw li timxi mal-istandards meħtieġa. Dan jiggarantixxi li l-miri kollettivi jkunu jistgħu jintlaħqu mill-partijiet interessati kollha," temm jgħid il-Ministru Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-gvern qed jinvesti fl-infrastruttura meħtieġa għall-elettrifikazzjoni tal-vetturi – 1,200 punt tal-irriċarġjar ippjanati sal-2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-gvern qed jinvesti fl-infrastruttura meħtieġa għall-elettrifikazzjoni tal-vetturi – 1,200 punt tal-irriċarġjar ippjanati sal-2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Il-gvern qed jinvesti fl-infrastruttura meħtieġa għall-elettrifikazzjoni tal-vetturi – 1,200 punt tal-irriċarġjar ippjanati sal-2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow