Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imsaħħa l-kollaborazzjoni bejn Aġenzija Sapport u l-Università ta’ Malta

pr230307
Date Icon 28/02/2023

Aġenzija Sapport u l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università ta' Malta komplew isaħħu r-relazzjoni ta' bejniethom permezz ta' Memorandum ta' Ftehim.

Dan il-ftehim se jkun qed ifisser li Aġenzija Sapport se tkompli tibbenefika minn studji xjentifiċi li tagħmel l-istess Fakultà fis-settur tad-diżabilità. Kif ukoll, permezz tal-ftehim żgħażagħ li jattendu l-Università ta' Malta u li qed jistudjaw f'wieħed mill-korsijiet ipprovduti mill-imsemmija Fakultà se jingħataw numru ta' sigħat f'opportunità ta' xogħol mal-Aġenzija Sapport.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li l-kollaborazzjoni bejn l-Università u l-Aġenzija Sapport diġà wasslet biex, permezz tal-MoU preċedenti, 13-il student ingħataw esperjenza ta' xogħol mal-Aġenzija Sapport, fost dawn, Nicole Tabone li llum hi social worker full-time mal-Aġenzija Sapport. F'dak li għandu x'jaqsam ma' studji xjentifiċi wasslu u se jkomplu jwasslu biex isiru avvanzi fis-settur tad-diżabilità.

“B'dan il-mod, il-programmi li noffru permezz tal-Aġenzija Sapport ikunu mfassla speċifikament li jindirizzaw il-bżonnijiet partikolari tal-persuni b'diżabilità u nsaħħu l-impenn tal-gvern li dawn il-persuni jkunu fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li nieħdu," temmet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima tkellem dwar l-importanza li l-istudenti jkollhom esperjenza fuq post tax-xogħol biex jikkumplimenta l-istudju tagħhom. “Dan huwa parti importanti mit-taħriġ li jieħdu l-istudenti għaliex huwa pass ieħor ħalli jkollhom esperjenza ta' edukazzjoni sħiħa marbuta mal-edukazzjoni tagħhom", qal il-Ministru Grima.

Huwa kompla li permezz tat-tiġdid ta' dan il-ftehim, se jibbenefikaw iż-żewġ partijiet, għaliex permezz tiegħu wkoll, se jkun hemm it-tkattir tal-kollaborazzjoni dwar riċerka f'qasam tant importanti għal pajjiżna, għall-benefiċċju ta' persuni b'diżabilità.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport Oliver Scicluna irringrazzja lill-Università li għal darb'oħra laqgħu l-kollaborazzjoni ma' Aġenzija Sapport u li jkomplu jemmnu bis-sħiħ fl-iżvilupp u sostenn tas-settur tad-diżabilità. “Grazzi għal din il-kollaborazzjoni, Aġenzija Sapport qed tkompli tibbenefika minn studji xjentifiċi li jagħtu stampa aħjar u informazzjoni lokali li l-Aġenzija ssib utli ferm għall-iżvilupp ta' servizzi u programmi għall-benefiċċju ta' persuni b'diżabilità. Dan il-ftehim hu importanti wkoll għax joffri opportunità lill-istudenti tal-istess Fakultà sabiex iwettqu l-pjazzamenti tagħhom," temm jgħid il-Kap Eżekuttiv.

Ir-Rettur tal-Università Prof. Alfred J. Vella enfasizza li l-Università hija dejjem kuntenta li tidħol f'inizjattivi bħal dawn li fihom il-membri kollha tas-soċjetà jħossuhom milqugħa u ugwali. Żied jgħid li dan se jkompli jissaħħaħ permezz ta' dan il-ftehim kollaborattiv li wieħed jittama li jara aktar opportunitajiet jiżviluppaw permezz tad-diversi programmi flimkien mal-Aġenzija Sapport.

Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Prof Andrew Azzopardi qal li l-Aġenzija Sapport hija minn ta' quddiem biex tipprovdi servizzi għall-persuni b'diżabilità u l-familja tagħhom. “Fix-xogħol tagħhom, l-Aġenzija Sapport japprezzaw l-inklużjoni u l-iżvilupp tal-komunità, żewġ kwistjonijiet li aħna bħala Fakultà naqsmu wkoll," spjega Prof Azzopardi u tenna li dan il-ftehim ikompli jibni fuq ir-relazzjoni li twaqqfu matul is-snin u permezz tad-dejta tal-Fakultà bbażata fuq l-evidenza jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet għal qasam kumpless ħafna.

Preżenti għall-iffirmar kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Nancy Caruana u l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità Dr Maria Victoria Gauci.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imsaħħa l-kollaborazzjoni bejn Aġenzija Sapport u l-Università ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imsaħħa l-kollaborazzjoni bejn Aġenzija Sapport u l-Università ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow