Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jibda żjara statali fl-Irlanda

pr230306
Date Icon 28/02/2023

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta għal żjara statali fl-Irlanda fuq l-istedina tal-President tal-Irlanda Michael D. Higgins.

Il-President Vella se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President Higgins f'Áras an Uachtaráin, ir-residenza uffiċjali u l-uffiċċju tal-President tal-Irlanda. L-impenji tal-President jinkludu wkoll, fost l-oħrajn, laqgħat mal-Prim Ministru tal-Irlanda, Leo Varadkar, u mad-Deputat Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ministru għad-Difiża, Micheál Martin. Fl-Irlanda, il-President se jkollu wkoll laqgħat ma' kadetti tal-Forzi Armati ta' Malta li qed jagħmlu t-taħriġ tagħhom f'Curragh Military Camp u studenti Maltin li qed jistudjaw f'University College Cork.

Din iż-żjara statali ssegwi ż-żjara statali li għamel il-President Higgins f'Malta f'Mejju 2022 u s-sehem tiegħu fil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat Mhux Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-Grupp Arraiolos, li saret f'Malta f'Ottubru li għadda.

Id-delegazzjoni tal-President ta' Malta fl-Irlanda tinkludi lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli.

Sakemm il-President George Vella jkun l-Irlanda, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta. Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar is-Sibt, 4 ta' Marzu 2023.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow