STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar konċessjoni li tressqet quddiem il-Parlament hija stqarrija qarrieqa mhux ibbażata fuq il-fatti.
Il-fatti huma dawn. Dan huwa investiment ta’ €7 miljun fuq konċessjoni oriġinali ta’ Lido u ristorant mal-livell tat-triq li ngħataw lil Fortel Services Ltd fl-1991, taħt amminstrazzjoni Nazzjonalista. Il-mozzjoni mressqa quddiem il-Parlament fi proċess trasparenti hija sabiex jitjiebu l-istrutturi eżistenti skont il-permess maħruġ is-sena li għaddiet u tinvolvi t-tneħħija tal-pixxina eżistenti u li tinbena oħra minflokha. Li jiġi estiż ix-xatt, jinbena ristorant u tinħoloq pjazza max-xatt fejn illum hemm ristorant.
F’din il-pjazza se jkun qed isir ġnien u mpoġġija bankijiet għall-użu pubbliku. Bit-tneħħija ta’ ristorant se tkun qed titgawda ferm aktar il-veduta tal-Belt minn din in-naħa ta’ Tas-Sliema. Se jkun qed jinbena wkoll passaġġ mad-dawra tal-Lido li jkun għall-użu pubbliku. Fil-baħar se jkunu qed jitpoġġew mollijiet temporanji biex jikkumplimentaw il-proġett. Dawn il-mollijiet se jkunu qed jitneħħew fix-xitwa anke għaliex dawn ma jistgħux jinżammu b’mod permanenti minħabba l-elementi.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en