Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Jinħatar il-Kunsill il-ġdid tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarji

pr230300
Date Icon 26/02/2023

Wara l-konklużjoni tal-proċess tal-għażla għall-elezzjoni tal-membri tal-bord tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), magħżul mill-membri tal-għaqdiet volontarji nfushom, u t-tħabbira tal-membri tal-bord, inħatar Kunsill ġdid għall-perjodu 2023-2025.

Waqt l-ewwel laqgħa tagħhom, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarji u Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ppreżentat lill-membri tal-Kunsill bl-ittra ta' ħatra għal terminu ta' tliet snin.

Filwaqt li l-Ministru Farrugia Portelli awgurat lill-membri tal-Kunsill il-ġdid, irrimarkat li għal din is-sena, il-gvern se jkun qed jinvesti €1.34 miljun fis-settur tal-volontarjat biex ikompli jkun imsaħħaħ bħala wieħed mill-pilastri soċjo-ekonomiċi ewlenin ta' pajjiżna.

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għandu l-għan li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet volontarji lokali li jaħdmu f'kull aspett tas-soċjetà permezz ta' networking, taħriġ, tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċità, inizjattivi ta' finanzjament u ħolqien ta' kuxjenza.

Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma:

  • Doreen Borg Zammit (Kunsill Nazzjonali tan-Nisa),
  • Norma Camilleri (Assoċjazzjoni ta' Speech-Language Pathologists),
  • Laura Cunningham (Malta Sports Journalists Association),
  • Edward Gruppetta (Malta Red Cross Society),
  • Paul Sultana (The Maltese Association of the Members of the Sovereign Military Hospitaller Order of St. John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta),
  • Gertrude Buttigieg (Malta Health Network),
  • Leslie Bonnici (The Scout Association of Malta),
  • Jorge Spiteri (Fondazzjoni Malta Żgħażagħ fl-Agrikoltura),
  • Paul Mifsud (Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda), u
  • Mark Micallef (Rappreżentant tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.)



    Għal-laqgħa kienu preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti  tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Nancy Caruana u l-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo.
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Jinħatar il-Kunsill il-ġdid tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Jinħatar il-Kunsill il-ġdid tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarji
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow