Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Paċi ġusta u dejjiema hija l-unika soluzzjoni” – Il-Ministru Ian Borg fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda

pr230296
Date Icon 24/02/2023

F'għeluq is-sena minn meta bdiet l-aggressjoni mill-Federazzjoni Russa fuq it-territorju Ukren, il-Ministru Ian Borg ippresjeda fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda waqt preżentazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres dwar il-paċi u s-sigurtà fl-Ukrajna.

Matul l-intervent tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ Ian Borg sostna li paċi ġusta u dejjiema hija l-unika soluzzjoni għal dan il-kunflitt u b'hekk Malta se tibqa' timpenja ruħha biex tara li tkun vuċi dwar l-konsegwenzi li qed jinħolqu mill-aggressjoni Russa.

Il-Ministru Borg spjega kif din l-aggressjoni hija ksur sfaċċat tal-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Magħquda. Huwa kompla billi fakkar kif huwa essenzjali li jkun hemm kontabilità għall-ksur ta' dawn il-prinċipji, fosthom ġustizzja għall-vittmi ta' dawn l-attroċitajiet.

Matul dan id-dibattitu, li ġie ndirizzat mill-istati membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll numru ta' stati membri oħra tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, il-Ministru Ian Borg għal darboħra tenna l-appoġġ tal-Gvern Malti għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u sostna kif bħala pajjiż li jemmen fil-multilateraliżmu huwa d-dmir tagħna li nibqgħu niddefendu u nkomplu nippromovu dawn il-prinċipji u l-valuri taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Magħquda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Paċi ġusta u dejjiema hija l-unika soluzzjoni” – Il-Ministru Ian Borg fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Paċi ġusta u dejjiema hija l-unika soluzzjoni” – Il-Ministru Ian Borg fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Paċi ġusta u dejjiema hija l-unika soluzzjoni” – Il-Ministru Ian Borg fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow