Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Triq pedonali ġdida bi spazju rikreattiv fiċ-ċentru tal-Ħamrun

pr230289
Date Icon 24/02/2023

Fuq inizjattiva tal-kunsill lokali tal-Ħamrun, triq sekondarja biswit Pjazza San Pawl ingħalqet għat-traffiku u inbidlet fi triq pedonali bi spazju rikreattiv. Dan l-ispazju ġie inawgurat dalgħodu mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli fil-preżenza tal-kunsill lokali.

Dan il-proġett kien iffinanzjat minn Trasport Malta permezz tal-iskema “European Mobility Week" u mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali permezz tal-iskema “Finanzjament għall-Iżvilupp u Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f'Malta u Għawdex." L-investiment totali għal dan il-proġett jammonta għal madwar €60,000.

“Huwa ta' sodisfazzjon li nara proġetti ta' din in-natura jieħdu l-ħajja, speċjalment f'żoni tant urbanizzati bħal Ħamrun. Dan il-proġett huwa turija ċara ta' dak li jrid ifisser il-gvern meta jwiegħed u jwettaq proġetti b'infrastruttura għan-nies. Inħares 'il quddiem li nara dan il-proġett jitgawda u aktar proġetti ta' din in-natura jitwettqu f'aktar żoni madwar il-pajjiż," stqarr il-Ministru Aaron Farrugia.

Sabiex din it-triq inbidlet minn waħda traffikuża għal waħda pedonali ġie installat pavimentar ġdid u gradi tal-ħadid mad-dawra tal-ispazju rikreattiv sabiex ikun spazju sigur għall-pubbliku. Il-bandli fih tagħmir differenti u inklużiv li jista' jintuża wkoll minn persuni bi bżonnijiet speċjali.

“Il-kunsilli lokali jafu l-aħjar il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti rispettivi tagħhom, għaldaqstant infaħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li f'żona tant urbana ħasbu biex joħolqu triq pedonali bi spazju rikreattiv biex jitgawda mir-residenti tagħhom," qalet is-Segretarju Parlamentari. Hija żiedet tgħid li l-gvern kommess li jibqa' joħroġ skemi ta' dan it-tip għaliex il-playing fields fil-lokalitajiet huma riżorsa importanti għar-rikreazzjoni, li jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar.

Is-Sindku tal-Ħamrun is-Sur Christian Sammut spjega li dan il-proġett kien wieħed minn sensiela ta' proġetti oħra ta' tisbiħ u riġenerazzjoni f'diversi toroq fil-Ħamrun. “L-għan ewlieni wara dawn il-proġetti kien li nattiraw aktar familji fiċ-ċentri tagħna," tenna s-Sur Sammut.  

Għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll id-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, rappreżentanti minn Transport Malta u diversi membri tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Triq pedonali ġdida bi spazju rikreattiv fiċ-ċentru tal-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Triq pedonali ġdida bi spazju rikreattiv fiċ-ċentru tal-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Triq pedonali ġdida bi spazju rikreattiv fiċ-ċentru tal-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Triq pedonali ġdida bi spazju rikreattiv fiċ-ċentru tal-Ħamrun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow