Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru Edukattiv bla ħlas fil-komunità tax-Xgħajra

pr230288
Date Icon 24/02/2023

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli inawgurat ċentru edukattiv ġdid fil-lokalità tax-Xgħajra. L-għan ewlieni ta' dan il-proġett huwa li joffri tagħlim bla ħlas lil tfal li għandhom bżonn għajnuna addizzjonali sabiex jimxu aktar 'il quddiem fl-istudji tagħhom. Dan iċ-ċentru twaqqaf mill-kunsill lokali tax-Xgħajra fuq l-inizjattiva tal-kunsilliera responsabbli mid-dekasteru tal-edukazzjoni u t-tfal, is-sinjura Doris Borg, u bis-sostenn sħiħ tas-Sindku Neil Attard.

Dan iċ-ċentru edukattiv bl-isem “Alijoy Centre", fil-qalba tal-komunità tax-Xgħajra, jinsab biswit il-librerija u jkun miftuħ kull nhar ta' Sibt filgħodu. Dan iċ-ċentru jilqa' fih tfal li jattendu l-iskola primarja tal-istess lokalità. Is-Sinjura Borg, bħala eks għalliema, qed tagħti lezzjonijiet tal-privat u kif ukoll sessjonijiet tal-qari bla ħlas lit-tfal li jattendu.

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli faħħret lill-kunsill lokali tax-Xgħajra talli għarfu u emmnu bis-sħiħ fil-potenzjal ta' dan il-proġett. Hija qalet ukoll li “dan il-proġett huwa eżempju ieħor tal-potenzjal tal-kunsilli lokali u l-influwenza pożittiva tagħhom fil-lokalitajiet u r-residenti rispettivi tagħhom."

Kienu l-ħaddiema tal-kunsill lokali stess li għamlu xogħol ta' manutenzjoni u ħolqu ambjent ta' klassi tradizzjonali minn dak li qabel kien sempliċiment garaxx li kien jintuża mill-kunsill lokali bħala maħżen. Il-kunsill lokali tax-Xgħajra jkopri wkoll il-kirja ta' dan il-post u ffinanzja l-imwejjed, is-siġġijiet, l-ixkaffar u kif ukoll żewġ kompjuters li jintużaw b'mod edukattiv mit-tfal.

Is-Sinjura Borg spjegat li dan il-proġett huwa l-frott ta' sforz kollettiv, fejn anke r-residenti taw il-kontribut tagħhom permezz ta' donazzjonijiet ta' kotba. “Għalkemm l-għan ewlieni ta' dan iċ-ċentru huwa l-aspett edukattiv, norganizzaw ukoll attivitajiet soċjo-kulturali u sportivi sabiex ngħinu wkoll fit-tkabbir tal-karattru ta' dawn it-tfal" hija spjegat.

Fl-intervent tiegħu s-Sindku Neil Agius għamel referenza għall-iskemi ta' finanzjament li joħorġu mid-Direttorat tal-Gvern Lokali u tenna kemm huma importanti għall-kunsilli lokali sabiex jitwettqu proġetti fil-lokalitajiet li jtejbu l-ħajja tar-residenti.

Preżenti kien hemm ukoll is-segretarju eżekuttiv is-Sur Ranier Busuttil u membri oħra tal-kunsill lokali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru Edukattiv bla ħlas fil-komunità tax-Xgħajra
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru Edukattiv bla ħlas fil-komunità tax-Xgħajra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow