STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta kommessa li taħdem u ssemma leħinha f’fora internazzjonali biex tkompli tippromwovi l-importanza tal-paċi u djalogu
“Malta temmen li l-multilateraliżmu huwa kruċjali. Nemmnu li l-kooperazzjoni bejn in-Nazzjonijiet Magħquda u l-Unjoni Ewropea hija waħda integrali u hemm bżonn li tkompli tissaħħaħ." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-kooperazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda u organizzazzjonijiet reġjonali u sub-reġjonali (UN-EU).
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Ian Borg qal li l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-valuri tal-Unjoni Ewropea huma komplementari u b'hekk għandhom ikomplu jissaħħu. Huwa fakkar kif il-bidu tal-Unjoni Ewropea wara t-Tieni Gwerra Dinjija huwa eżempju ċar ta' kif il-multilateraliżmu u l-integrazzjoni reġjonali ġabu magħhom paċi, stabilità, prosperità u tkabbir.
IanBorg tkellem dwar kif ir-relazzjoni bejn l-UE u n-Nazzjonijiet Uniti għandha tkompli tiġi msaħħa b'mod partikolari fl-oqsma tad-drittijiet umani, is-saltna tad-dritt u l-proċessi ta' soluzzjonijiet paċifiċi għat-tilwim. Huwa kompla jgħid li aktar minn qatt qabel, f'dan iż-żmien li qed ngħixu, hija r-responsabbiltà tal-UE u n-Nazzjonijiet Uniti biex fejn huwa possibbli l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali jingħaqdu flimkien sabiex jipprovdu aktar konverġenza u kollaborazzjoni. Saħansitra hemm bżonn li kemm l-UE u anke n-Nazzjonijiet Magħquda jkollhom aktar diskussjonijiet u kollaborazzjoni trilaterali, primarjament mal-Unjoni Afrikana biex ikunu indirizzati sfidi ta' sigurtà.
Il-Ministru Borg, bħala President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, temm l-intervent tiegħu billi qal kif Malta hija kommessa biex il-paċi, id-djalogu u l-multilateraliżmu jkomplu jissaħħu biex fejn huwa possibbli jkunu evitati jew jiġu solvuti kunflitti.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en