Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Inawgurat Incubation Centre fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali

PR230283
Date Icon 23/02/2023

Illum, fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f'Ta' Qali, ġie inawgurat Incubation Centre li se joffri spazju fejn jistgħu jinżammu bosta klassijiet u workshops għat-tfal tal-iskola biex ikun hemm aktar għarfien dwar snajja' tradizzjonali Maltin, kif ukoll fejn l-artiġġjana, kemm lokali kif ukoll barranin, jistgħu jaqsmu s-sengħa tagħhom.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri qal, “Bl-inawgurazzjoni tal-Incubation Centre qegħdin pass ieħor eqreb biex il-Villaġġ tal-Artiġġjanat f'Ta' Qali jkun jista' joffri esperjenza kompluta fejn mhux biss it-turisti iżda anke l-familji Maltin jkunu jistgħu jqattgħu ġurnata jesploraw diversi snajja' tradizzjonali. Kien ta' pjaċir nara lill-istudenti jattendu workshop f'din il-binja, li propju se tkun qed isservi biex inressqu liż-żgħar tagħna lejn is-snajja' tradizzjonali Maltin."

Il-Ministru għamel referenza wkoll għall-huts ta' żmien il-gwerra li qegħdin biswit l-Incubation Centre, u spjega li tnejn minnhom ġew restawrati biex b'hekk ikunu tifkira ħajja tal-evoluzzjoni li saret f'dan il-post.

Illum tnieda wkoll uffiċjalment il-branding il-ġdid għall-Villaġġi tal-Artiġġjanat kemm f'Ta' Qali kif ukoll f'Ta' Dbiegi, Għawdex. Dr Jean Pierre Attard, Chairperson ta' INDIS Malta, spjega kif din id-dehra l-ġdida tkompli tagħti ħajja lill-villaġġi, u turi l-enerġija u l-multi-dimensjonalità tas-settur artiġġjanali. “Dawn il-villaġġi għandhom potenzjal enormi, u b'hekk INDIS determinata biex tara li l-ewwel fażi ta' dan il-Villaġġ jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla," temm jgħid Dr Attard.

Il-branding il-ġdid kien ispirat mit-tradizzjoni Maltija u minn diżinji ta' ċrieki li jinsabu f'tempji tal-pre-istorja Maltin. Barra minn hekk, il-kuluri li ġew magħżula jissimbolizzaw id-diversità tal-kreattività ġewwa dawn il-villaġġi.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Crafts Foundation Elton Micallef qal “permezz ta' din il-binja l-Fondazzjoni se tkun qed taħdem aktar fil-qalba ta' dan il-villaġġ u għalhekk spalla ma' spalla mal-artiġġjana aktar minn qabel."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Inawgurat Incubation Centre fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Inawgurat Incubation Centre fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Inawgurat Incubation Centre fil-Villaġġ tal-Artiġġjanat f’Ta’ Qali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow