Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tas-Slovenja, Matjaž Longar, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

PR230282
Date Icon 23/02/2023

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tas-Slovenja, Matjaž Longar, ippreżenta l-Ittri ta' Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta.

Filwaqt li laqa' lill-Ambaxxatur f'Malta fil-bidu tal-ħidma tiegħu, il-President Vella esprima l-konvinzjoni tiegħu li r-rabtiet b'saħħithom li hemm bejn Malta u s-Slovenja se jibqgħu jiffjorixxu u jissaħħu matul il-mandat tiegħu. Ir-relazzjonijiet issaħħew ferm permezz tas-sħubija fl-UE u l-kollaborazzjoni f'forums multilaterali. Il-President Vella fakkar iż-żjara reċenti f'Malta mill-President tas-Slovenja għal-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta' Stat Mhux Eżekuttivi tal-UE li saret fil-5-6 ta' Ottubru 2022.

Il-President Vella u l-Ambaxxatur Longar qablu li l-iżviluppi fil-Mediterran jinsabu fil-qalba tal-politika barranija taż-żewġ pajjiżi, speċjalment issa li s-Slovenja ngħaqdet mal-grupp MED9 is-sena l-oħra. L-oqsma ta' interess komuni f'dan ir-rigward mhumiex limitati għas-sigurtà u l-istabbiltà iżda jinkludu wkoll it-tibdil fil-klima, il-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-migrazzjoni.

L-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq livell globali ġie diskuss ukoll fit-tul b'enfasi partikolari fuq il-Balkani tal-Punent.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tas-Slovenja, Matjaž Longar, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tas-Slovenja, Matjaž Longar, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tas-Slovenja, Matjaž Longar, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow