AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom ingredjent ġdid mhux awtorizzat - Betel nut (Areca catechu).
| Isem tal-prodotti u deskrizzjoni: | Bombay Sweet Supari (Mouth Freshner) Rasilyi Supari (Mouth Freshner) Tulsi Meetha Pan Masala (Mouth Freshner) | ||
| Oriġini: | Pakistan | ||
| L Lottijiet u Dati tad-durabbiltà: | Kollha | ||
L-ingredjent msemmi, Betel nut, huwa kkunsidrat li jagħmel ħsara għas-saħħa. Huwa kklassifikat mill-IARC (Aġenzija Internazzjonali dwar ir-Riċerka fuq il-kanċer) bħala Karċinoġenu - Grupp 1, jiġifieri karċinoġenu għall-bniedem.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en