Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija Erdeniz Sen jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

PR230278
Date Icon 23/02/2023

Il-President Vella laqa' lill-Ambaxxatur maħtur ġdid tat-Turkija fil-Palazz tal-Gran Mastru l-Belt Valletta. Il-President Vella tenna l-kondoljanzi u l-appoġġ tiegħu lill-poplu tat-Turkija wara t-terremot tas-6 ta' Frar. Fakkar it-telefonata li kellu mal-President Recep Tayyip Erdogan, fejn il-President Tork esprima l-apprezzament tiegħu għall-awtoritajiet, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u ċ-ċittadini Maltin għall-għajnuna pprovduta lill-pajjiż.

Il-President Vella rrefera għar-relazzjonijiet li ilhom għal żmien twil bejn iż-żewġ pajjiżi u għall-frekwenza tal-kuntatti u l-iskambji fil-livell politiku, kummerċjali u bejn il-popli. Enfasizza wkoll ir-rwol li jista' jkollha t-Turkija biex tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fejn irrefera b'mod partikolari għall-gwerra fl-Ukrajna u l-imblokk taċ-ċereali. Il-President irrefera wkoll għall-ħtieġa ta' aktar stabbiltà fil-Lvant tal-Mediterran.

L-Ambaxxatur irrefera għaż-żieda fil-kuntatti fis-setturi tal-kummerċ u l-edukazzjoni u qal li Malta hija destinazzjoni attraenti ħafna għall-istudenti fil-livell terzjarju u għal dawk li jistudjaw l-Ingliż. Barra minn hekk, l-Ambaxxatur osserva li l-komunità Torka mdaqqsa f'Malta stabbiliet ruħha sew u hija grata għall-opportunitajiet ipprovduti f'Malta. L-Ambaxxatur irrefera għall-iżviluppi fil-Libja u l-Ukrajna, u fl-aħħar feraħ lil Malta għall-ħidma li qiegħda twettaq fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija Erdeniz Sen jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija Erdeniz Sen jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija Erdeniz Sen jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow