Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assembla Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda f'għeluq l-ewwel sena tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna

PR230277
Date Icon 23/02/2023

“Malta temmen li t-triq 'il quddiem fl-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna hija riżoluzzjoni għall-paċi bbażata fuq il-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji bażiċi tan-Nazzjonijiet Magħquda." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York l-Istati Uniti.

Fid-diskors tiegħu għal din ir-reżoluzzjoni mressqa b'urġenza, il-Ministru Ian Borg tenna kif, bħala pajjiż, Malta tinsab ikkonċernata ferm b'dak li qed jiġri fl-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa anke għall-fatt li dan imur kontra l-prinċipji bażiċi tan-Nazzjonijiet Magħquda. Huwa kompla jgħid kif l-azzjonijiet tar-Russja li jmorru kontra l-liġijiet internazzjonali għandhom jiġu kkundannati bla ebda riserva.

Il-Ministru Borg fakkar kif kull min qiegħed jagħmel dawn l-atti li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem għandu jinżamm kontabbli.

Malta se tibqa' titlob flimkien mal-komunità internazzjonali biex il-Federazzjoni Russa tirtira l-forzi tagħha mit-territorju Ukren u tinstab soluzzjoni paċifika bbażata fuq il-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-Ministru Ian Borg ikkonkluda kif Malta qed tagħti l-appoġġ tagħha għar-reżoluzzjoni 11/5 li tippromovi r-rimedju għall-aggressjoni kontra l-Ukrajna u ħeġġet lil aktar pajjiżi sabiex jagħmlu dan.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assembla Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda f'għeluq l-ewwel sena tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assembla Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda f'għeluq l-ewwel sena tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow