Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Jiġu diġitizzati mas-7,500 artifatti fi tliet snin

pr230276
Date Icon 22/02/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett żaru t-Taqsima tad-Diġitizzazzjoni fi ħdan Heritage Malta, li twaqqfet biex tieħu ħsieb id-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli fdat f'idejn Heritage Malta u tagħmlu aċċessibbli virtwalment.

Il-fondi li nkisbu mill-EEA Norway Grants kienu jammontaw għal €2 miljuni u ntużaw biex isir ix-xogħol ta' restawr fil-Mużew Marittimu kif ukoll għat-twaqqif tat-Taqsima tad-Diġitizzazzjoni u x-xiri ta' tagħmir modern li ppermetta li ssir id-diġitizzazzjoni tal-wirt marittimu. Twaqqfet ukoll Collection Management System (CMS), fejn permezz ta' software speċjalizzat isir il-katalogar ta' dawn il-kollezzjonijiet.

Il-Ministru Owen Bonnici rrimarka li d-diġitazzazzjoni tiżgura aktar użu mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. “L-għan tagħna kien li fi tliet snin jiġu diġitizzati madwar 4000 artefatt, iżda din il-mira nqabżet sew u fi tliet snin ġew diġitizzati madwar 7500 artifatti. Se nkomplu nżommu l-istorja bħala parti integrali minn ħajjet pajjiżna u se nkomplu nagħtuha l-importanza mistħoqqa", tenna Dr Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li bil-fondi Ewropej u Norveġiżi, qed ikomplu jinvestu fil-qasam kulturali biex il-patrimonju Malti jitgawda mhux biss mill-poplu Malti u Għawdxi imma anke mit-turisti. “Illum qed naraw eżempju ieħor ta' proġett innovattiv li qed jitwettaq bil-fondi Norveġiżi,  li se joffri esperjenza personali u interattiva lil min iżur il-Mużew Marittimu. Dan apparti x-xogħol ta' restawr li qed isir f'dan il-mużew biex ikompli jtejjeb l-esperjenza ta' kull min iżur dan il-mużew", qal Dr Bonett.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Noel Zammit, spjega li f'dawn l-aħħar snin, permezz tat-teknoloġija diġitali, Heritage Malta rnexxielha tilħaq udjenzi usa' minn qatt qabel u tagħmel il-kollezzjoni nazzjonali aċċessibbli kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin fil-kumdità ta' darhom. Mhux biss, iżda din it-teknoloġija ppermettiet xejriet ġodda fil-mużeoloġija, fejn żdied l-aċċess, tjiebet l-interpretazzjoni u nħolqot esperjenza isbaħ għall-viżitatur.

Is-Sur Anthony Cassar, li jmexxi t-Taqsima tad-Diġitizzazzjoni, qal li matul is-sajf li għadda, it-taqsima ngħatat iċ-ċertifikat ISO9001 mil-Lloyds Register Quality Assurance u b'hekk saret l-ewwel dipartiment fi ħdan Heritage Malta li kiseb dan iċ-ċertifikat prestiġjuż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Jiġu diġitizzati mas-7,500 artifatti fi tliet snin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Jiġu diġitizzati mas-7,500 artifatti fi tliet snin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Jiġu diġitizzati mas-7,500 artifatti fi tliet snin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow