Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Sessjonijiet ta’ mużika b’għan terapewtiku għall-persuni b’diżabilità

pr230274
Date Icon 22/02/2023

Aġenzija Sapport u l-għaqda volontarja Malta Trust Foundation ġeddew il-ftehim tagħhom biex persuni b'diżabilità jingħataw sessjonijiet ta' mużika b'għan terapewtiku minn The Marchese di Villabianca.

Is-servizzi mogħtija se jkunu jikkonsistu f'sessjonijiet ta' mużika fuq bażi individwali jew fi gruppi, b'għan terapewtiku bi qbil mal-professjonisti li jsegwu lill-persuni b'diżabilità u użu tal-faċilitajiet b'mod partikolari dawk ta' Marchese di Villabianca u servizzi ta' terapisti taħt it-tmexxija ta' The Malta Trust Foundation. Tmien persuni b'diżabilità se jkunu qegħdin jibbenifikaw minn dan il-ftehim.

Waqt żjara li saret fl-uffiċini ta' Marchese di Villabianca, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li l-mużika u l-arti għandhom l-għan li jappoġġjaw u anke jittrasformaw l-esperjenza umana. “Persuni b'diżabilità jixirqilhom aċċess għal din l-opportunità biex permezz tagħha jtejbu t-tkabbir u l-iżvilupp personali tagħhom." Hija qalet li dan il-ftehim huwa prova ċara tas-sehem b'saħħtu li l-għaqdiet volontarji jagħtu fis-settur tad-diżabilità, biex ikollna Malta aktar inklużiva.

Oliver Scicluna, Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport, irrefera lejn din il-kollaborazzjoni mal-Malta Trust Foundation bħala prova ta' kif l-Aġenzija qed tkompli twessa' l-firxa ta' programmi li toffri lil tfal u adulti b'diżabilità billi tiffaċilita l-aċċessibilità lejn servizzi u riżorsi. Il-ħidma ma' entitajiet oħra hi waħda mill-pilastri fil-provediment tas-servizz għax b'hekk persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn opportunitajiet varji edukattivi, terapewtiċi, soċjali u inklużivi.

Il-President Emeritu u ċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie Louise Coleiro Preca ddeskriviet dan il-ftehim bħala kollaborazzjoni biex jagħmlu l-ġid ma' tfal u żgħażagħ li filwaqt li huma żvantaġġjati, iżda għandhom abbiltajiet straordinarji meta jingħataw l-appoġġ li jixirqilhom. “Il-ftehim bejn l-Aġenzija Sapport u The Malta Trust Foundation hu msejjes fuq il-valur tal-ġustizzja soċjali u l-għarfien tas-sbuħija ta' kollaborazzjoni ġenwina biex nagħmlu l-ġid ma' tfal u żgħażagħ b'diżabilità."

Iċ-ċentru artistiku Marchese di Villabianca huwa bbażat fuq it-twemmin li l-mużika u l-arti jistgħu jkunu għodda qawwija biex jgħinu lill-persuni b'diżabilità jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Sessjonijiet ta’ mużika b’għan terapewtiku għall-persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Sessjonijiet ta’ mużika b’għan terapewtiku għall-persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Sessjonijiet ta’ mużika b’għan terapewtiku għall-persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Sessjonijiet ta’ mużika b’għan terapewtiku għall-persuni b’diżabilità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow