Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Bidu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-irwol ta’ project supervisors

PR230271
Date Icon 21/02/2023

Il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, bdew proċess ta' konsultazzjoni dwar emendi proposti għall-Avviż Legali 88 tal-2018 li jitratta l-Ħtiġijiet Minimi ta' Saħħa u Sigurtà għal Xogħol f'Siti ta' Kostruzzjoni.

Permezz tal-emendi proposti, is-superviżuri tal-proġetti (project supervisors) se jingħataw is-setgħat kollha meħtieġa f'siti ta' kostruzzjoni taħt il-kontroll tagħhom biex ikunu jistgħu jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom. Dawn ir-responsabbiltajiet qed jiġu ċċarati wkoll fl-Avviż Legali propost.

Qed tiżdied klawsola ġdida ta' non-responsabbiltà sabiex l-ebda azzjoni ċivili jew proċeduri oħra għad-danni ma jkunu jistgħu jinbdew minn detenturi ta' dmirijiet kontra s-superviżur tal-proġett għal xi att li jkun sar skont ir-regolamenti sakemm is-superviżur tal-proġett ma jkunx aġixxa b'mod negliġenti.

Barra minn hekk, l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-kuntratturi, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-ħaddiema se jkunu spjegati f'aktar dettall biex ikun hemm aktar ċarezza dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom.

Kopja tal-abbozz tar-regolamenti tista' titniżżel mis-sit tal-internet tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) mil-link: https://www.ohsa.mt/consultation.

Kull persuna jew entità li tixtieq tgħaddi xi kummenti dwar ir-regoli li qed jiġu proposti hija mistiedna tagħmel dan billi tikkuntattja lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fuq l-indirizz postali: 17, Triq Edgar Ferro, Pieta' PTA 1533 jew billi tibgħat email fuq ohsa@ohsa.mt. Is-sottomissjonijiet jistgħu jibqgħu jintbagħtu sat-30 ta' Marzu 2023.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow