Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, RIĊERKA U INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda

PR230269
Date Icon 21/02/2023

Fi żjara li kellu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda (UAE), ġie ffirmat ftehim ta' kollaborazzjoni fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li ż-żewġ pajjiżi jikkollaboraw f'dawn l-oqsma, filwaqt li jkabbru l-użu xjentifiku u teknoloġiku f'diversi setturi.

Il-ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi huwa għal perjodu ta' tliet snin u ġie ffirmat mis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti u mid-Deputat Ministru għall-Kompetittività tal-Emirati Għarab Magħquda, Abdulla Nasser Lootah.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal, “Il-Gvern ilu għal snin twal jinvesti fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni ġewwa Malta, iżda jeħtieġ li nkomplu nikkollaboraw ma' pajjiżi li għamlu suċċess f'dawn l-oqsma sabiex inkompli ntejbu u nkabbru l-operat tagħna fir-riċerka u l-innovazzjoni." Huwa faħħar l-ħidma tal-Emirati Għarab Magħquda li huma eżempju ċar ta' kif pajjiż żgħir jista' jirnexxi bl-investiment li għamel fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex ikabbar l-ekonomija u l-kompetittività tal-pajjiż.

“Malta għandha potenzjal kbir f'diversi setturi, b'mod partikolari fl-artiġġjanat, il-manifattura, il-kimika mediċinali, u oħrajn. Permezz ta' dan it-tip ta' ftehim qed inkomplu nikkollaboraw u nitgħallmu fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni mingħand pajjiżi oħra, bħall-Emirati Għarab Magħquda, li jwassal sabiex in-negozji tagħna jkunu aktar kompetittivi mhux biss fis-suq lokali, iżda anki fuq livell internazzjonali," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, RIĊERKA U INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow