Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Borg jipparteċipa fil-Konferenza tas-Sigurtà ta’ Munich

pr230264
Date Icon 19/02/2023

Matul tmiem din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg qiegħed jipparteċipa fil-Konferenza tas-Sigurtà ta' Munich fejn bosta mexxejja Ewropej qed jattendu sabiex jiddiskutu l-aħħar żviluppi dwar is-sigurtà u l-paċi internazzjonali. Huwa għalhekk, li bħala wieħed mill-pajjiżi tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, Malta għandha rwol importanti.

Fil-marġini ta' din il-konferenza, il-Ministru Ian Borg kellu bosta laqgħat bilaterali bil-għan li pajjiżna jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu.

Il-Ministru Borg beda b'laqgħa mas-Segretarju Internazzjonali tal-Filippini Enrique A. Manalo fejn ġiet diskussa l-kollaborazzjoni, b'mod partikolari fis-settur marittimu, fid-dawl li ż-żewġ pajjiżi għandhom industrija marittima b'saħħitha. Dr Borg iltaqa' wkoll mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Qatar ix-Sheikh Mohammed bin Abdulrahman Al-Thani u anke l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija l-Prinċep Faisal bin Farhan Al-Saud, fejn ġew diskussi t-tkomplija tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet b'saħħithom li nħolqu fl-aħħar żminijiet, bil-għan li ż-żewġ popli jkunu jistgħu jibbenefikaw.

Fid-dawl tal-elezzjonijiet li saru fil-Brażil ftit tax-xhur ilu, fi Munich, il-Ministru Borg kellu l-opportunità li jiltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin il-ġdid Mauro Viera. Matul din il-laqgħa ġie diskuss il-ftuħ tal-Ambaxxata Maltija fil-Brażil matul l-2022 bħala l-ewwel rappreżentanza diplomatika fl-Amerika t'Isfel u kif Malta qed tħares 'il quddiem li tkompli tespandi din il-ħidma.

Flimkien mad-Deputat Prim Ministru tas-Serbja Ivica Dačić u l-Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea Tanja Miščević kienu diskussi r-relazzjonijiet taż-żewġ pajjiżi anke mill-lenti Ewropea filwaqt li kienu diskussi l-impenji tas-Serbi għall-EXPO2027. Il-Ministru Borg kellu wkoll l-opportunità biex jawgura lill-Petr Pavel kull suċċess hekk kif għadu kemm ġie elett bħala President tar-Repubblika Ċeka.

Matul din il-konferenza, il-Ministru Borg kellu laqgħa wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Dymtro Kuleb, fejn ġew diskussi l-aħħar preparamenti għad-dibattitu li se jkun qed isir matul il-ġimgħa d-dieħla, organizzat mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f'għeluq l-ewwel sena minn meta l-Federazzjoni Russa bdiet l-aggressjoni tagħha fuq l-Ukrajna.

Matul dan il-perjodu, Dr Borg kellu diskussjonijiet ukoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Awstrija Alexander Schallenberg u l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Karoline Edstadler, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tar-Rumanija Bogdan Aurescu, tal-Pakistan Bilawal Bhutto Zardari, tal-Italja Antonio Tajani, ta' Spanja José Manuel Albares Bueno u tal-Olanda Wopke Hoekstra. Il-Ministru Ian Borg kellu laqgħa wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow