Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar konsultazzjoni mas-setturi agrikoli

pr230263
Date Icon 17/02/2023

Kompla jissaħħaħ l-operat tal-Kunsill Konsultattiv għall-Agrikoltura, hekk kif fi ħdanu issa hemm rappreżentanza ta' bosta persuni li ta' kuljum jaħdmu fil-qasam. Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn spjega kif il-kunsill issa jikkonsisti minn aktar bdiewa u raħħala.

Il-Kunsill ġie ristrutturat sabiex il-bdiewa u r-raħħala jkunu l-qofol ta' dan il-kunsill u għaldaqstant issa għandu rappreżentanti mis-setturi agrikoli kollha, fosthom rappreżentanza ta' bdiewa u raħħala żgħażagħ.

Ġie spjegat ukoll li r-rappreżentanti tas-setturi differenti fi ħdan il-kunsill, fosthom dawk tan-nagħaġ u mogħoż, tal-ipproċessar tat-tadam, tal-frott u l-ħaxix, tal-fniek, tal-laħam u oħrajn, jistgħu jaħtru sotto-kumitat għall-qasam tagħhom biex b'hekk jinkludu aktar il-vuċi tal-bdiewa u r-raħħala fid-deċiżjonijiet u diskussjonijiet li jittieħdu.

“Ta' min jinnota kif il-kunsill għandu membri ġodda fi ħdanu li ġejjin minn oqsma differenti fi ħdan is-settur agrikolu, u li huma nies li ta' kuljum imissu ma' dak li jiġi diskuss fil-kunsill. F'perjodu fejn is-settur agrikolu għadda minn sfidi minħabba avvenimenti internazzjonali, huwa aktar importanti li naraw li l-kunsill konsultattiv ikun wieħed effettiv. B'hekk il-Gvern qed ikompli jżomm kelmtu mal-bdiewa u raħħala," temm jgħid il-Ministru Anton Refalo.

Il-kunsill il-ġdid, fost temi oħrajn, qed jiddiskuti wkoll ir-riforma dwar il-kirja tal-qbiela fuq art agrikola privata.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar konsultazzjoni mas-setturi agrikoli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar konsultazzjoni mas-setturi agrikoli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow