Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa għall-Investituri Retail – Ħruġ Frar 2023

PR230256
Date Icon 16/02/2023

B'referenza għall-Istqarrija Nru. 177 ta' nhar il-Ħamis, id-9 ta' Frar 2023, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

(i)     3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) bi prezz ta' €101.25 b'YTMta' 3.2434%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.2697%, u

(ii)    4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 3.9996%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal4.0396%.

L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:

Applikazzjonijiet:

  1. mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu t-Tnejn, l-20 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, it-22 ta' Frar 2023; u
  2. mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-24 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nosinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

    Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u provdituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ġimgħa, is-17 ta' Frar 2023.

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt. 
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow