Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim biex il-parkeġġ tal-iskola ta’ Wied il-Għajn jintuża mill-komunità

pr230255
Date Icon 16/02/2023

Ġie ffirmat ftehim biex il-komunità ta' Wied il-Għajn tkun tista' tagħmel użu mill-parkeġġ tal-Iskola Primarja ta' Wied il-Għajn, Kulleġġ St Thomas More, f'ħinijiet lil hinn minn dawk li tkun miftuħa l-iskola għall-edukazzjoni.

Permezz tal-ftehim, għalhekk, il-parkeġġ se jkun ta' użu għall-komunità anke fi tmiem il-ġimgħa, filwaqt li mhux se jaffettwa l-użu tal-parkeġġ mill-edukaturi u mill-amministrazzjoni tal-iskola u lanqas l-użu tal-parkeġġ meta jkun hemm attivitajiet tal-massa organizzati mill-iskola.

“Dan huwa ftehim ieħor parti mill-ħidma tagħna li nqarrbu l-edukazzjoni mal-komunità, biex fejn huwa possibbli qed niftħu l-faċilitajiet tal-iskejjel tagħna għall-użu tal-komunitajiet rispettivi. Nemmnu li l-ispazji tal-iskejjel għandhom ikunu disponibbli għall-komunità fil-ħin li dawn ma jkunux qed jintużaw għall-edukazzjoni ta' uliedna", qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Fost faċilitajiet li hemm disponibbli għall-użu tal-komunità hemm faċilitajiet sportivi, swali kif ukoll spazji oħra. Anke l-parkeġġi tal-vetturi, bħalma qed isir permezz ta' diversi ftehimiet li qed jiġu ffirmati, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jara li dawn ma jkunux spazji vojta fil-ħin li ma jkunux qed jintużaw.

Il-ftehim ikopri ħames snin u jiġġedded kull sena. Matul iż-żmien tal-ftehim, il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn se jagħmel donazzjoni li se tmur għal xiri ta' riżorsi mill-iskola.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn Mario Calleja rringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fit-taħditiet li wasslu għal dan il-ftehim. “Dan il-ftehim se jwassal biex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' parkeġġ għall-komunità tagħna, għalhekk il-kunsill huwa grat li ntlaqgħet it-talba tiegħu u li permezz tal-ftehim din il-komunità se tkun moqdija aħjar", qal Mario Calleja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim biex il-parkeġġ tal-iskola ta’ Wied il-Għajn jintuża mill-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iffirmat ftehim biex il-parkeġġ tal-iskola ta’ Wied il-Għajn jintuża mill-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow