Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura tal-kostum għat-trabi: Nebeans Captain America

pr230253
Date Icon 16/02/2023

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli tal-kostum tal-Karnival għat-trabi bit-tema 'Captain America' tal-marka NeBeans. Il-kostum tat-trabi jiġi b'kappa li għandha korda twila tad-drapp li toħloq riskju ta' strangolazzjoni.

Dan il-kostum tat-trabi qed jiġi msejjaħ lura peress li dan ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva Ġenerali dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u l-istandards Ewropej applikabbli. Il-korda twila tal-kappa tista' titħabbel mal-għonq tat-tarbija u tikkawża strangolazzjoni.

Minħabba f'hekk, l-MCCAA ħadet passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-konsumaturi li jkunu xtraw dan il-prodott għandhom joqogħdu lura milli jużawh u, fejn possibbli, jirritornawh għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh. Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, liema rimedju jista' jieħu l-forma ta' sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b'wieħed sigur.

Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura tal-kostum għat-trabi: Nebeans Captain America
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura tal-kostum għat-trabi: Nebeans Captain America
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow