Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR L-MCVS tirċievi l-European Solidarity Corps Quality Label biex pajjiżna jospita voluntiera Ewropej

pr230251
Date Icon 16/02/2023

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) għadu kif irċieva l-European Solidarity Corps Quality Label mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) bħala entità li tista' tospita voluntiera Ewropej. Il-European Solidarity Corps Quality Label tiċċertifika li organizzazzjoni li tieħu sehem fil-korp tkun kapaċi tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex iż-żgħażagħ jieħdu sehem f'attivitajiet ta' solidarjetà.

Bħala l-entità li tipprovdi sapport lis-settur tal-volontarjat f'Malta, l-MCVS dejjem stinkat biex tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-għaqdiet volontarji. F'dan ir-rigward, fl-2022 l-MCVS ingħatat il-Quality Label biex taġixxi bħala organizzazzjoni li tibgħat u tappoġġa voluntiera Maltin f'missjonijiet Ewropej taħt il-finanzjament European Solidarity Corps. L-MCVS issa ngħatat il-Quality Label bħala lead u host li se tpoġġiha f'pożizzjoni li tkun tista' tapplika għal fondi Ewropej ħalli tospita voluntiera mill-kontinent Ewropew f'kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet volontarji Maltin.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li din l-aħbar tfisser ċertifikat internazzjonali b'saħħtu għall-ħidma u għall-investiment li qed jagħmel il-Gvern Malti fis-settur tal-volontarjat. Hija rringrazzjat lill-ħaddiema kollha fi ħdan l-MCVS għall-ħidma tagħhom favur settur volontarju aktar b'saħħtu u sostenibbli.

L-EUPA iddikjarat li bl-għoti ta' din il-quality label, “L-MCVS se tkompli tokkupa rwol importanti fl-iżvilupp tas-soċjetà, u tkompli timpenja ruħha fi kwistjonijiet li jikkonċernaw iż-żgħażagħ u s-sostenn tal-iżvilupp tal-komunità".

Is-Sur Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-MCVS, qal li, “L-MCVS dejjem tistinka biex timpenja ruħha ħalli jiżdiedu inizjattivi u opportunitajiet għall-istess settur tal-volontarjat u l-voluntiera".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR L-MCVS tirċievi l-European Solidarity Corps Quality Label biex pajjiżna jospita voluntiera Ewropej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow