Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Dokumenti storiċi u riċerka jgħaddu għand l-Arkivji Nazzjonali wara donazzjoni minn Henry Frendo

PR230246
Date Icon 15/02/2023

Il-Professur Henry Frendo ta b'donazzjoni numru kbir ta' dokumenti storiċi u rekords oħra relatati mar-riċerka tiegħu fl-istorja ta' Malta lill-Arkivji Nazzjonali. Dawn ir-rekords jinkludu noti, intervisti, dokumenti ta' riċerka, ritratti u audio-books relatati mal-istorja ta' Malta matul l-aħħar 200 sena.

Waqt attività uffiċjali, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici rringrazzja lill-Professur Henry Frendo għad-donazzjoni tiegħu ta' dan ix-xogħol li jitfa' dawl ġdid fuq il-wirt kulturali u l-istorja ta' pajjiżna. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema tal-Arkivji Nazzjonali, immexxija minn Dr Charles Farrugia, tal-ħidma kbira u d-dedikazzjoni li għandhom lejn l-istorja ħajja ta' Malta.

L-Arkivista Nazzjonali Dr Charles Farrugia ngħaqad fir-ringrazzjament lill-Prof Frendo għad-donazzjoni tiegħu. “Din id-donazzjoni se tarrikkixxi l-Arkivji Nazzjonali u se tindirizza xi oqsma fejn kellna nuqqas ta' informazzjoni. Il-pass li jmiss se jkun il-katalogu ta' din il-kollezzjoni sabiex tkun disponibbli għar-riċerkaturi tagħna," qal Dr Farrugia.

Prof. Frendo huwa professur tal-Istorja Moderna fl-Università ta' Malta. L-oqsma ewlenin tar-riċerka tiegħu jinkludu l-imperjaliżmu, nazzjonaliżmu, dekolonizzazzjoni, postkolonjaliżmu, ġurnaliżmu, migrazzjoni u etniċità fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, il-Mediterran kif ukoll il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq. Huwa ħadem ukoll mal-UNHCR fejn kien stazzjonat fl-Isvizzera, il-Możambik, iż-Żimbabwe, l-Eġittu u l- Papua New Guinea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Dokumenti storiċi u riċerka jgħaddu għand l-Arkivji Nazzjonali wara donazzjoni minn Henry Frendo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Dokumenti storiċi u riċerka jgħaddu għand l-Arkivji Nazzjonali wara donazzjoni minn Henry Frendo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Dokumenti storiċi u riċerka jgħaddu għand l-Arkivji Nazzjonali wara donazzjoni minn Henry Frendo
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow