Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Project Green testendi l-park ta’ San Klement b’aktar minn 2,000 metru kwadru

PR230245
Date Icon 15/02/2023

Tinfetaħ picnic area ġdida fil-park ta' San Klement f'Ħaż-Żabbar

Aktar minn 2,000 metru kwadru ta' spazju miftuħ fil-Park ta' San Klement f'Ħaż-Żabbar qed jingħata lura lill-pubbliku f'forma ta' picnic area biex dan il-park tant popolari mar-residenti jkompli jitgawda.

Din il-parti l-ġdida tal-park infetħet uffiċjalment mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Steve Ellul wara xogħol ta' riġenerazzjoni li kien għaddej.

Ġie spjegat li tħawlu aktar minn 250 siġra u arbuxelli filwaqt li sar trattament mal-parti tal-ħajt tal-football biex jitħaddar ukoll. Bħala parti mix-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni ta' dan il-ġnien tneħħew l-ispeċi invażivi u tpoġġew bankijiet magħmulin minn materjal sostenibbli. Bil-manutenzjoni li saret fuq il-ħajt tas-sejjieħ u l-wiring ta' barra, din il-parti saret aktar sigura.

“F'din il-picnic area ġdida, bi ftit interventi u aktar siġar li ġew imħawla, Project Green għamlet dan il-post aktar sigur u komdu għal kulħadd. Dan hu biss il-bidu – qed naħdmu fuq ħafna proġetti simili f'diversi lokalitajiet," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Dalli kkumentat kif l-ispazji miftuħa qed jintużaw għall-attivitajiet differenti, fosthom anke għall-festini tat-tfal. “B'hekk anke t-tfal jikbru aktar qrib in-natura, u jagħrfu dawn il-postijiet bħala parti integrali mill-ħajja u mhux biss xi post fejn tmur darba fil."

Il-Kap Eżekuttiv Steve Ellul saħaq li f'inqas minn xahar din l-aġenzija ġa qed tħalli l-frott fil-komunitajiet bi proġetti li qed jagħtu spazji miftuħa isbaħ lil dawk kollha li jħobbu l-ambjent.

“Minn dan il-proġett se jkunu qed igawdu madwar 11,000 resident, li se jkollhom aċċess għal dan il-ġnien f'inqas minn 10 minuti l-bogħod ta' mixi minn fejn jgħixu. Din hija waħda mill-għanijiet prinċipali tal-aġenzija ta' Project Green," qal is-Sur Ellul.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Project Green testendi l-park ta’ San Klement b’aktar minn 2,000 metru kwadru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Project Green testendi l-park ta’ San Klement b’aktar minn 2,000 metru kwadru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Project Green testendi l-park ta’ San Klement b’aktar minn 2,000 metru kwadru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Project Green testendi l-park ta’ San Klement b’aktar minn 2,000 metru kwadru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow