Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA F’Stokkolma, il-Ministru Jo Etienne Abela jipparteċipa f’diskussjonijiet dwar l-anzjanità attiva

PR230243
Date Icon 15/02/2023

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela attenda għal laqgħa għall-Ministri Ewropej u Uffiċċjali Għolja f'Stokkolma, organizzata mill-Presidenza Svediża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Waqt il-laqgħa, il-Ministru Jo Etienne Abela kien wieħed mill-kelliema waqt diskussjoni dwar waħda mill-isfidi fis-settur tal-anzjanità, dik dwar x'jista' jsir sabiex jiġu attirati aktar carers bil-ħiliet meħtieġa. Il-ministru qasam mad-delegati l-ħidma tal-Gvern Malti fejn spjega li għalkemm hija sfida qed isir evalwazzjoni kontinwa tax-xogħol li qed isir mill-carers sabiex jinżammu l-istandards għolja ta' kura, filwaqt li l-ħiliet jiġu aġġornati sabiex ikunu jistgħu jilqgħu għall-isfidi futuri.

Il-Ministru Abela semma wkoll l-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva 2023-2030, li permezz tagħha pajjiżna ser jagħmel investiment sostanzjali mhux biss finanzjarju, tekniku u infrastrutturali imma anke fir-riżorsi umani. Dan se jwassal sabiex il-carers jaraw futur fil-karriera tagħhom u b'hekk jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom f'dan il-qasam.

Huwa kompla jispjega li qed jittieħdu bosta inizjattivi biex aktar nies jersqu lejn din il-professjoni – fosthom permezz ta' kampanji ta' informazzjoni fl-iskejjel fejn ħaddiema f'dan il-qasam jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-istudenti dwar il-kura fit-tul għall-anzjani. Apparti kampanji ta' informazzjoni, il-Gvern qed joffri taħriġ u jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

“L-istrateġija u l-miżuri li qed jittieħdu qed isaħħu idejn l-istituzzjonijiet ta' kura biex jintlaħaq l-għan li jkun hemm kontinwità u konsistenza fil-kura għall-anzjani u fir-rigward tal-carers li jaraw futur fil-karriera tagħhom biex b'hekk jibqgħu f'dan ix-xogħol," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA F’Stokkolma, il-Ministru Jo Etienne Abela jipparteċipa f’diskussjonijiet dwar l-anzjanità attiva
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow