Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-fiduċja qawwija fil-Korp tal-Pulizija riflessa fi studju tal-NSO ġejja fost oħrajn minn ħidma fil-qalba tal-komunitajiet

PR230242
Date Icon 15/02/2023

L-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, ippubblikat fil-jum tat-Tlieta, dwar fiduċja b'saħħitha fil-Korp tal-Pulizija juri ħidma sfiqa li qed issir mill-istess Korp favur it-tisħiħ tas-sigurtà u ż-żamma tal-ordni.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri spjega kif dan l-istess stħarriġ mhux biss qed juri fiduċja għolja fil-Korp tal-Pulizija iżda jeħtieġ jittieħed fil-kuntest tar-rapport dwar il-kriminalità li ġie ppubblikat il-ġimgħa l-oħra mill-Prof. Saviour Formosa. Fil-fatt ir-rapport juri kif il-kriminalità f'pajjiżna naqset b'5.4% u b'hekk l-istrateġija tal-Korp tal-Pulizija, b'aktar preżenza fil-komunità, qed tkompli tipprevjeni l-kriminalità.

Dr Camilleri fakkar kif proġett pilota li beda fil-Mellieħa erba' snin ilu, jiġifieri l-Pulizija fil-Komunità ħalla l-frott u b'miżura tal-Budget għal din is-sena, dan il-proġett issa se jkun mifrux mal-pajjiż kollu. “Dan l-istħarriġ tal-NSO jikkumplimenta l-istħarriġ tal-Ewro Barometru li sar ftit tax-xhur ilu, li wkoll wera kif il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi fil-Korp tal-Pulizija żdiedet bi 15%, u li għalhekk ġab il-Korp f'livell mal-medja Ewropea," irrimarka l-Ministru Camilleri.

L-NSO qal kif aktar minn 90% tal-pubbliku għandu fiduċja fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn, 45% għandhom fiduċja għolja jew għolja ħafna, waqt li 45% qalu li għandom fiduċja medja.

Il-persuni li stqarrew fiduċja fil-Korp tal-Pulizija taw ir-raġunijiet tagħhom, fosthom:

  • Il-Pulizija jaġixxu b'mod ġust, dinjituż u/jew b'rispett (49%);
  • Il-preżenza tal-Pulizija tinħass (40%); u
  • Il-Pulizija aġixxew u/jew ġew meta kellhom bżonnhom jew meta kkuntattjawhom (32%).

L-istess stħarriġ juri li 55.3% tal-Maltin u l-Għawdxin għandhom opinjoni tajba jew tajba ħafna tal-Korp tal-Pulizija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow