Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jippresjedi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda

pr230239
Date Icon 14/02/2023

Matul il-jum tat-Tlieta, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg mexxa l-avveniment prinċipali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Id-dibattitu kien jittratta s-suġġett li Malta għażlet li tpoġġi ’l quddiem għall-attenzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà għar-rigward l-implikazzjonijiet u l-effetti fuq is-sigurtà u l-paċi ta’ gżejjer żgħar bħal Malta minħabba ż-żieda li d-dinja qed tesperjenza fil-livell tal-ilma baħar.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Ian Borg qal li minkejja li oriġinarjament il-Kunsill tas-Sigurtà nħoloq minħabba numru ta’ kunflitti li kienu jeżistu, u l-bżonn li terġa’ tirrenja l-paċi, ix-xjenza wriet li d-dinja qed tiffaċċja sfidi ġodda globali li ma jistgħux ma jkunux indirizzati, fost oħrajn it-tibdil fil-klima.

Il-Ministru Borg qal li t-tibdil fil-klima llum huwa r-realtà li qed jiffaċċja kulħadd ta’ kuljum, b’mod partikolari l-gżejjer stati żgħar u reġjuni kostali. “Malta kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li ressqet din l-isfida quddiem in-Nazzjonijiet Magħquda numru ta’ snin ilu, u llum żammejna l-istess impenn biex naraw li din il-materja tkun parti essenzjali bid-diskussjoni internazzjonali”, kompla jgħid Dr Borg.

Il-ministru għall-affarijiet barranin Malti sostna li d-dibattitu li Malta qed tmexxi ’l quddiem huwa wieħed sinifikanti għall-fatt li qed ikun hemm rikonoxximent tal-implikazzjonijiet u l-effetti fuq s-sigurtà u l-paċi ta’ gżejjer bħal Malta minħabba ż-żieda li d-dinja qed tesperjenza fil-livell tal-ilma tal-baħar. Huwa kompla jgħid li ftit tas-snin oħra, hemm il-possibbiltà qawwija li numru ta’ pajjiżi jispiċċaw taħt l-ilma u din hija theddida serja għall-paċi u għas-sigurtà tal-popli rispettivi.

“Kif Malta kienet pijuniera meta mexxiet ’il quddiem il-Konvenzjoni tal-Liġijiet tal-Baħar tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNCLOS) numru ta’ snin ilu, Malta trid tkompli tkun vuċi soda għal dawn il-pajjiżi u l-popli tagħhom li qed jiġu affaċċjati b’din it-theddida globali”, saħaq il-Ministru Borg. Huwa sostna li dan id-dibattitu huwa opportunità unika sabiex il-pajjiżi jisimgħu mingħand xulxin l-aqwa prattiċi li qed jużaw biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jitgħallmu minn xulxin u jiġġieldu din it-theddida flimkien.

Għal dan id-dibattitu attendew fost l-oħrajn is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres u l-President tal-Assemblea Ġenerali Csaba Korosi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jippresjedi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jippresjedi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jippresjedi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow