Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFOMRI U L-UGWALJANZA Malta tniedi l-programm tal-Europride 2023 li se jkompli jiċċelebra d-diversità u l-ugwaljanza

pr230237
Date Icon 14/02/2023

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg nediet il-programm tal-Europride 2023, avveniment internazzjonali li se jkompli jiċċelebra d-diversità u l-ugwaljanza. Il-Europride, li se ssir bejn is-7 u s-17 ta' Settembru 2023, bit-tema “Equality from the Heart", għandha l-għan li tattira eluf ta' nies minn madwar id-dinja lejn Malta biex jiċċelebraw il-komunità LGBTIQ+, filwaqt li tippromwovi l-messaġġ b'saħħtu ta' ugwaljanza. 

Waqt attività fil-Belt Valletta, is-Segretarju Parlamentari Buttigieg sostniet li “huwa simboliku l-fatt li ntgħażlet din il-ġurnata għat-tnedija, għaliex irridu soċjetà ta' imħabba, fejn ngħożżu lil xulxin, ikunu x'ikunu l-għażliet personali tal-individwu." Hija qalet kif Europride Valletta tirrapreżenta mument storiku u bla preċedenti għal pajjiżna mhux biss għax hija l-ewwel darba li Malta se tospita dan l-avveniment internazzjonali, iżda wkoll għaliex se jkun l-iżgħar pajjiż fl-UE bl-aqwa drittijiet għall-persuni LGBTIQ+ li jilqa' din il-manifestazzjoni globali. 

“Il-prinċipju li żammejna f'moħħna fit-tfassil tal-programm ta' attivitajiet kien li ma rridux biss ġimgħa ta' ċelebrazzjonijiet, iżda rriduha tkun, u se tkun, Europride ta' sustanza, li permezz tagħha nibnu legat ta' ugwaljanza u rispett. Biex il-ġenerazzjonijiet li ġejjin lanqas ikollhom għalfejn jibqgħu jiġġieldu ġlidiet li messhom ilhom li ntrebħu," qalet is-segretarju parlamentari.

Indirizza wkoll l-attività l-President tal-għaqda ARC (Allied Rainbow Communities) Clayton Mercieca li qal “rajt lil Malta tipprogressa 'l quddiem fil-libertajiet ċivili u fid-drittijiet tal-ugwaljanza. Liġijiet li għamlu differenza f'ħajti fejn stajt niżżewweġ lill-partner tiegħi u jkolli familja, f'ħajjet persuni trans fejn finalment bdew jiġu rikonoxxuti legalment b'inqas xkiel, fejn issa nista' nagħti d-demm u ma niġix iddiskriminat.  L-Europride f'Malta se jservi biex nkomplu nżidu diversità f'pajjiżna."

Id-Direttur Artistiku Toni Attard elenka attivitajiet ewlenin li se jkunu qed jiġu organizzati matul dan il-perjodu fosthom wirja tal-arti, żfin u sfilati tal-moda. “Il-programm artistiku tal-EuroPride hija opportunità biex inħarsu lil hinn mir-rappreżentazzjoni u noħolqu ambjent artistiku li primarjament jiffoka fuq xogħol maħluq minn artisti kwir u l-alleati tal-komunità u li jitkellem dwar aspetti differenti tal-kultura kwir - kemm f'dik li hi arti radikali u b'attiviżmu politiku kif ukoll dik li hi iktar arti popolari u ta' divertiment," spjega s-Sur Attard.

Id-dettalji tal-programm uffiċjali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit europride2023.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFOMRI U L-UGWALJANZA Malta tniedi l-programm tal-Europride 2023 li se jkompli jiċċelebra d-diversità u l-ugwaljanza
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFOMRI U L-UGWALJANZA Malta tniedi l-programm tal-Europride 2023 li se jkompli jiċċelebra d-diversità u l-ugwaljanza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow