Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGREARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-viżjoni tal-gvern lejn trasport pubbliku iktar effiċjenti kif ukoll il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga

pr230236
Date Icon 14/02/2023

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, kif ukoll l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon iddiskutew żewġ suġġetti kurrenti; l-isfida tat-traffiku f’pajjiżna u kif it-trasport pubbliku jista’ jsir iktar effiċjenti u alternattiva reali, kif ukoll il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga.

Fl-ewwel parti tal-laqgħa fejn ġie diskuss il-pjan tal-gvern biex tiġi indirizzata l-isfida tat-traffiku, l-Ministru Aaron Farrugia qal li biex in-nies jibdew jiddependu inqas fuq il-karozza u jagħmlu l-pass biex jibdew jużaw it-trasport pubbliku li issa hu bla ħlas, jeħtieġu servizz effiċjenti, frekwenti u fil-ħin, possibbilment b’rotot ġodda. Bl-istess mod qed iħarsu lejn servizzi offruti mill-gvern u l-istituzzjonijiet tiegħu kif ukoll dawk offruti mill-privat biex jiġi rivedut f’liema ħinijiet jingħataw servizzi fit-toroq ta’ pajjiżna waqt il-peak hours. 

Huwa spjega li l-Ministeru għat-Trasport flimkien mal-esperti għaddej b’laqgħat bit-titlu “Deċiżjoni b’direzzjoni: djalogu dwar trasport u mobbilità” immexxija mill-akkademiku Prof. Gordon Sammut li mistennija jħallu l-frott hekk kif il-gvern miexi b’ritmu mgħaġġel lejn il-bidliet li hemm bżonn isiru filwaqt li jkunu nvoluti l-partijiet interessati kollha.

Għat tieni parti tal-laqgħa li fiha ġiet diskussa il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga, il-Ministru Michael Falzon sostna li kommessi li jkomplu jkunu ta’ spalla għal min għaddej minn ċertu problemi marbuta mal-vizzji, fejn l-ewwel pass huwa li  jifhmu x’qed iwassal lil persuna taqbad ċertu stil ta’ ħajja, filwaqt li jaraw x’inhuma dawk il-fatturi li qed iħallu impatt fuq l-imġieba ta’ dik il-persuna. 

“Ejja nkomplu nagħtu importanza kbira lill-edukazzjoni u l-għarfien sa’ minn etajiet żgħar, dwar il-konsegwenzi marbuta mal-vizzji. Fl-aħħar snin komplejna nsaħħu l-għarfien permezz ta’ diversi programmi ta’ prevenzjoni fl-iskejjel bħal S.A.F.E, Teen Outside the Box u S.T.O.P, sabiex nibgħatu messaġġ b’saħħtu kontra l-vizzji”, tenna l-Ministru Falzon.

Waqt il-laqgħa saru wkoll diversi preżentazzjonijiet fosthom mill-pulizija u l-Professur Saviour Formosa mid-Dipartiment tal-Kriminoloġija. Il-Professur Formosa stqarr li minkejja ż-żieda fil-popolazzjoni, naqset il-kriminalità u fost l-oħrajn juri li fl-2004 saru 45 reat għal kull 1,000 persuna, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm 28 reat għal kull 1,000 persuna.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll kelliem min-naħa tal-Ministeru  għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Huwa qal li dan ir-rapport juri titjib fi sferi varji tas-soċjetà tant li  f’pajjiżna naqset ir-rata’ ta’ kriminalità. Huwa rrefera wkoll għall-ħidma tal-pulizija kontra t-traffikar tad-droga u semma kif fl-aħħar snin il-pulizija investiet b’mod b’saħħtu fir-riżorsi tagħha, tant li s-sena li għaddiet mill-pulizija ġew maqbuda kważi 3000kg ta’ droga kokaina, flimkien ma’ ‘l fuq minn miljun ewro fi flus kontanti u oġġetti oħra ta’ valur ogħla.

Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul saħaq fuq il-bżonn li l-imsieħba soċjali flimkien mal-gvern ikomplu jiddiskutu dawn it-temi li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum. “Permezz ta’ dawn il-laqgħat nistgħu inkomplu ntejbu il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin”, tenna s-segretarju parlamentari.

Rigward t-trasport pubbliku, s-Segretarju Parlamentari nnota kif f’dawn l-aħħar snin sar ħafna investiment f’dan il-qasam. Huwa rrimarka kif il-ħidma mill-Ministeru tat-Trasport u l-MCESD għandha tkompli tissaħħaħ sabiex tkompli tibni fuq ix-xogħol tajjeb li diġà sar. Huwa żied jgħid li  l-impenn tal-gvern lejn miżuri sostenibbli fil-qasam tat-trasport juri biċ-ċar ir-rieda tal-gvern sabiex dan s-settur ikompli dejjem jitjieb. Fuq il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga, s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul sellem lill-partijiet ikkonċernati, u filwaqt li rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom, saħaq li l-MCESD dejjem lest jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. 

STQARRIJA MIS-SEGREARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-viżjoni tal-gvern lejn trasport pubbliku iktar effiċjenti kif ukoll il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga
STQARRIJA MIS-SEGREARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-viżjoni tal-gvern lejn trasport pubbliku iktar effiċjenti kif ukoll il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga
STQARRIJA MIS-SEGREARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-MCESD jiddiskuti l-viżjoni tal-gvern lejn trasport pubbliku iktar effiċjenti kif ukoll il-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow