Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR “Malta se tkompli taġixxi ta’ pont bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab fil-qasam tad-drittijiet tad-diżabilità” – Il-Ministru Julia Farrugia Portelli

pr230235
Date Icon 14/02/2023

Wara t-twaqqif tan-'Netwerk ta' Riċerka Għarbija-UE dwar id-Diżabilità', il-Kummissjoni Ekonomika u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Asja tal-Punent (ESCWA), f'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, nediet il-konferenza dwar 'It-Tranżizzjoni lejn Ħajja Indipendenti fi ħdan il-Komunità għal Persuni b'Diżabilità.'

F'indirizz li għamlet il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli waqt il-konferenza li qed tittella' f'Bejrut, il-Libanu, qalet li, “huwa tassew ta' unur għal Malta li tara dan l-ewwel riżultat tanġibbli li joħroġ mid-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta tal-2019, maħruġa wara l-EU-Arab High-Level Meeting dwar id-Drittijiet tad-Diżabilità."

Il-ministru semmiet li permezz tal-investiment ta' €4.2 miljun f'assistenza personali lill-persuni b'diżabilità, Malta qed issaħħaħ l-impenn tagħha biex dawn il-persuni jgħixu ħajja aktar indipendenti. Hi enfasizzat li Malta se tkompli taġixxi bħala pont bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab, mhux biss fil-qasam tad-drittijiet tad-diżabilità, iżda wkoll fil-promozzjoni ta' prattiċi tajbin fil-mixja lejn ħajja indipendenti fi ħdan il-komunità għal kulħadd.

Il-konferenza hija pass ieħor lejn it-twettiq tal-miri tan-netwerk bil-għan li jipprovdu qafas istituzzjonali biex jiżguraw li d-djalogu bejn il-pajjiżi Għarab u Ewropej dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jibqgħu għaddejjin u jkunu sostenibbli.

Diversi esperjenzi ta' pajjiżi biex jingħelbu l-isfidi għall-għajxien indipendenti ġew murija matul il-konferenza, inklużi dawk ta' Malta, il-Marokk u l-Ġordan. Minbarra dawn l-esperjenzi, ġew diskussi wkoll sfidi reġjonali komuni u kif jistgħu jiġu indirizzati.

Waqt il-konferenza ġiet preżentata wkoll riċerka minn riċerkaturi miż-żewġ reġjuni li jesploraw diversi sfidi u opportunitajiet għat-transizzjoni lejn ħajja indipendenti, liema riċerka se tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-ESCWA. Dawn l-inizjattivi joħorġu mill-impenn tan-netwerk li jappoġġa u jsaħħaħ il-kapaċità tar-riċerkaturi, inklużi dawk b'diżabilità, biex jimlew il-lakuni fir-riċerka dwar id-diżabilità, u fl-aħħar mill-aħħar jgħinu fl-iżvilupp ta' politiki bbażati fuq l-evidenza li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għal ħajja indipendenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR “Malta se tkompli taġixxi ta’ pont bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab fil-qasam tad-drittijiet tad-diżabilità” – Il-Ministru Julia Farrugia Portelli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR “Malta se tkompli taġixxi ta’ pont bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab fil-qasam tad-drittijiet tad-diżabilità” – Il-Ministru Julia Farrugia Portelli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR “Malta se tkompli taġixxi ta’ pont bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab fil-qasam tad-drittijiet tad-diżabilità” – Il-Ministru Julia Farrugia Portelli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow