Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali ma’ Dar San Ġużepp li jlaħħaq €2 miljun

pr230234
Date Icon 14/02/2023

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali li kellu ma' Dar San Ġużepp f'Santa Venera, b'allokazzjoni finanzjarja ta' €2 miljun għat-tliet snin li ġejjin. 

Il-gvern, flimkien mal-FSWS, u mat-tmexxija ta' din ir-residenza, jaħdmu f'sinerġija biex jipprovdu l-aqwa servizz li minnu jibbenefikaw minuri li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jgħixu iktar mal-familja bijoloġika tagħhom.

Din ir-residenza jgħixu fiha mal-15-il tifel u taqdi dmirijiet 24 siegħa kuljum li jmorru oltre mill-funzjoni ta' xelter. F'dan il-post jiġu offruti, fost l-oħrajn, programmi edukattivi individwali u eżerċizzji li jsaħħu l-iżvilupp tat-tfal li x'aktarx ikunu għaddew minn żminijiet diffiċli. Il-professjonisti li jmexxu din ir-residenza jaħsbu wkoll sabiex jagħtu għajnuna soċjolegali, edukattiva, dik psikoloġika, psikjatrika u psikosoċjali.

“Dan huwa mod ieħor li bih nuru kemm ngħixu f'soċjetà li tkun hemm għal kulħadd, speċjalment għat-tfal. Permezz ta' dan il-ftehim irridu nibagħtu sinjal li mhux qed nistennew sabiex nagħtu l-għajnuna imma qegħdin nidentifikaw aħna stess dawn l-għaqdiet nongovernattivi li tant jagħmlu ġid fil-komunità", qal il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

Il-Kap tar-residenza, Fr Louis Mallia, irringrazzja l-impenn kontinwu tal-gvern u tkellem dwar diversi stejjer ta' suċċess tul is-snin, fejn ħafna minn dawn it-tfal kibru f'adoloxxenti u f'adulti. Dan f'soċjetà inkluża, fejn bnew karrieri u familji, u saħansitra baqgħu jgħixu fis-soċjetà b'mod indipendenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali ma’ Dar San Ġużepp li jlaħħaq €2 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali ma’ Dar San Ġużepp li jlaħħaq €2 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali ma’ Dar San Ġużepp li jlaħħaq €2 miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow