Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imniedi l-Fond ta’ Koeżjoni b’allokazzjoni ta’ €194 miljun f’fondi Ewropej

PR230232
Date Icon 13/02/2023

Tnieda l-Fond ta' Koeżjoni b'allokazzjoni ta' €194 miljun f'fondi Ewropej bil-għan li jitwettaq investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija.

Dan tħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett.

L-investiment mill-Fond ta' Koeżjoni se jkun immirat lejn il-promozzjoni ta' mobbilità urbana aktar sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr karbonju. Se jitwettaq investiment infrastrutturali fin-network tat-toroq u l-portijiet tagħna magħrufa bħala TEN-T, fit-tranżizzjoni għall-ekonomija aktar ċirkulari u investiment fl-aċċess u l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma.

Dr Bonett ħabbar li minn dawn il-fondi se jiġu investiti €7 miljun bil-għan li jitkompla l-investiment ta' charging points għall-vetturi elettriċi u infrastruttura relatata madwar Malta u Għawdex. Dan l-investiment se jkun konformi ma' pjan komprensiv relatat mat-tranżizzjoni lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport.

Dan l-investiment huwa konformi mal-Inizjattiva tal-Karozzi Ekoloġiċi, bħala parti mill-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza li jfittex li jtejjeb l-iżvilupp ta' forom ġodda u sostenibbli ta' trasport fit-triq bl-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi, fosthom ukoll l-użu ta' vetturi li jniġġsu anqas.

Għaldaqstant se tinħareġ sejħa ristretta għall-applikazzjonijiet għall-ministeri rilevanti li huma responsabbli għas-setturi tat-trasport u l-enerġija biex jimplimentaw l-interventi rispettivi proposti. L-Awtorità Maniġerjali għandha tistieden lill-awtoritajiet responsabbli biex jissottomettu applikazzjoni li se tiġi vvalutata wkoll mill-Kumitat tal-Għażla tal-Proġett biex jiġu żgurati proposti ta' kwalità tajba skont il-kriterji kif approvati mill-Kumitat ta' Monitoraġġ għall-għażla tal-operazzjonijiet.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li l-Fond ta' Koeżjoni huwa strumentali għal pajjiżna biex ikompli jwettaq investimenti aktar sostenibbli. “Għal dan il-gvern, is-sostenibbiltà mhux biss aktar spazji miftuħa u ħodor, imma tindirizza wkoll ir-riċiklaġġ u l-immaniġġjar tal-iskart, enerġija aktar nadifa u trasport aktar nadif – kollha aspetti li se nkunu qegħdin nindirizzaw f'dan il-programm operattiv biex Malta tkun aktar sostenibbli u nwettqu aktar proġetti bil-fondi Ewropej li jagħmlu differenza f'pajjiżna," temm jgħid Dr Bonett.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imniedi l-Fond ta’ Koeżjoni b’allokazzjoni ta’ €194 miljun f’fondi Ewropej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow