Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fil-Victoria Lines fil-Għargħur

pr230230
Date Icon 13/02/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici żar ix-xogħol ta' restawr li qed isir fuq il-Victoria Lines fil-Għargħur mill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr. Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol li qed iwettqu, partikolarment meta wieħed iqis in-natura partikolari tas-sit li qed jiġi restawrat.

Il-proġett,  li ra l-bidu tiegħu fis-sena 2018, se jara r-restawr ta' żewġ meded tal-Victoria Lines. Wara li tlestew ix-xogħlijiet ta' restawr fuq medda ta' madwar 60m tal-Victoria Lines tul il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), minn Lulju 2019 id-Direttorat tar-Restawr ħa f'idejh ir-restawr tal-Victoria Lines li jaqgħu fil-konfini tal-Għargħur. 

It-tul totali tal-Victoria Lines fil-Għargħur li qed jiġu restawrati huwa ftit inqas minn 1km u s'issa diġà tlesta r-restawr fuq aktar minn 800 metru.

Ix-xogħol manwali qed jitwettaq kollu kemm hu mill-ħaddiema fi ħdan id-Direttorat tar-Restawr u għalhekk l-ispiża ta' €80,000 għal dan il-proġett ikopru l-ispejjeż tal-materjal. Il-proġett huwa skedat li jitlesta sal-aħħar tal-2024.

Il-Ministru Owen Bonnici stqarr li, “Il-Gvern huwa kommess li jinvesti biex isaħħaħ il-wirt patrimonjali Malti u impenjati sabiex il-wirt li ġej mill-passat inwassluh lil uliedna fil-futur."

Min-naħa tagħha, il-Perit Ivana Farrugia tat aktar dettalji tax-xogħol li diġà sar u li għaddej bħalissa. Hija spjegat li ttella' l-ġebel oriġinali li matul is-snin kien waqa' biex jerġa jiġi inkorporat fl-infantry lines, filwaqt li ammont kbir ta' metri ta' ħajt kellhom jinħattu u jinbnew mill-ġdid biex jirriflettu t-tipoloġija tal-kostruzzjoni oriġinali. Hija spjegat ukoll li qed tinbena mill-ġdid medda tal-infantry lines li kienet nieqsa għalkollox.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fil-Victoria Lines fil-Għargħur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fil-Victoria Lines fil-Għargħur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fil-Victoria Lines fil-Għargħur
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow