Left arrow Mur Lura

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imsaħħa l-flotta tas-St. John Ambulance b’vettura elettrika biex taċċessa żoni urbani u rurali

pr230228
Date Icon 13/02/2023

L-għaqda volontarja St. John Rescue Corps (SJRC) se tkun qed issaħħaħ il-flotta tal-vetturi ta’ salvataġġ bil-karozza eATRV – karozza żgħira li taċċessa żoni urbani u rurali u li taħdem bl-elettriku. 

Il-karozza, b’investiment ta’ €20,000 permezz tal-iskema VOPS, amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS), hija mgħammra b’tank tal-ilma u pompa tan-nar. L-eATRV għandha l-kapaċità li tinstaq f’off-road u topera b’mod sigur u effiċjenti f’żoni li mhumiex aċċessibbli għall-vetturi normali tat-tifi tan-nar.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli faħħret lill-għaqda volontarja għall-impenn tagħha mhux biss biex issaħħaħ il-flotta ta’ vetturi ta’ salvataġġ iżda li qed tagħmel dan billi tħares ukoll l-ambjent permezz ta’ karozza li taħdem bl-elettriku. Il-Ministru Farrugia Portelli nnutat kif tul is-snin u permezz tal-iskema VOPS, l-SJRC investiet bis-sħiħ fil-flotta tal-vetturi ta’ salvataġġ biex tkompli tagħti kontribut effiċjenti u konsistenti lill-poplu Malti u Għawdxi. Hija temmet tgħid li, “Tnedija bħal tal-lum hija xhieda tal-fiduċja b’saħħitha li l-gvern għandu fl-għaqdiet volontarji u fl-eluf ta’ voluntiera li jagħtu ħinhom għall-ġid komuni.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo qal li “Tul dawn l-aħħar snin rajna li l-fondi amministrati mill-MCVS imorru għal proġetti li għandhom valur miżjud fis-servizz mogħti mill-għaqda fil-komunità.”

Andrew Grech, il-Kap tal-Operazzjonijiet tas-St. John Ambulance, iddeskriva dan il-proġett bħala wieħed innovattiv mhux biss għall-għaqda volontarja iżda wkoll għall-pajjiż inġenerali. “L-iskop ta’ din il-vettura huwa li tagħtina ċertu mobbilità u aġilità f’passaġġi fil-kampanja fejn normalment vetturi ikbar ma jkunux jistgħu jidħlu.” 

Matul dan il-proġett l-SJRC ikkollaborat mal-Federazzjoni tal-Heritage Parks biex voluntiera Rangers jingħataw taħriġ professjonali u speċjalizzat f’sitwazzjonijiet ta’ nirien fi msaġar madwar Malta u Għawdex. 

Matul l-inawgurazzjoni tal-karozza eATRV, saret dimostrazzjoni bil-karozza kif ukoll ingħata taħriġ lill-voluntiera tal-SJRC. Kienet imnedija wkoll kampanja ta’ għarfien fuq il-midja soċjali għall-pubbliku biex ikun imħeġġeġ jagħmel il-parti tiegħu biex jipprevjeni nirien tal-ħaxix u tal-imsaġar, li jista’ jkollhom impatt devastanti fuq l-ambjent. 

Preżenti wkoll kien hemm il-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba, kif ukoll il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta l-Kurunell Clinton O’Neill. 

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imsaħħa l-flotta tas-St. John Ambulance b’vettura elettrika biex taċċessa żoni urbani u rurali
​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imsaħħa l-flotta tas-St. John Ambulance b’vettura elettrika biex taċċessa żoni urbani u rurali
​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imsaħħa l-flotta tas-St. John Ambulance b’vettura elettrika biex taċċessa żoni urbani u rurali
​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imsaħħa l-flotta tas-St. John Ambulance b’vettura elettrika biex taċċessa żoni urbani u rurali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow