Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Imfakkar il-Jum Ewropew għan-numru tal-emerġenza 112

pr230227
Date Icon 11/02/2023

Illum, is-Sibt 11 ta' Frar, qed jitfakkar il-Jum Ewropew għan-numru tal-Emerġenza 112. F'pajjiżna din il-linja tgħaqqad l-entitajiet kollha li huma l-ewwel linja ta' rispons għal kull periklu. Fost dawn l-entitajiet, din il-linja tgħaqqad is-servizzi kollha tal-emerġenza, fosthom s-servizz tal-Ambulanza, Pulizija, Protezzjoni Ċivili u Forzi Armati. 

Matul is-sena 2022, daħlu 290,771 telefonata fuq il-linja 112, li  70% minnhom ma kienux destinati għall-istess linja,  għax ma kienux telefonati ta' emerġenza. Kienu 88,544 telefonata li kienu validi għaliex kienu telefonati ta' ħajja jew mewt.

Kwazi 80% tat-telefonati validi kienu destinati għas-servizzi ta' emerġenza tal-ambulanza fejn b'kollox daħlu 69,417-il telefonata. Ftit aktar minn 9% tat-telefonati validi kienu destinati għall-Korp tal-Pulizija, ftit aktar minn 12% kienu telefonati għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li kienu 171 telefonata li kienu destinati għal Forzi Armati ta' Malta. It-telefonati kollha li daħlu fuq il-linja 112 twieġbu fi tliet sekondi. Fil-fatt fl-aħħar snin saret ħidma sabiex il-ħin ta' stennija dejjem jonqos. L-akbar ammont ta' telefonati fuq din il-linja, daħlu minn telefons ċellulari bit-total ikun ta' 257,147.

B'reazzjoni għal dawn iċ-ċifri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, saħaq dwar l-importanza ta' din il-linja u li għandha tintuża b'mod responsabbli, dan hekk kif telefonata li ma tkunx ta' natura ta' ħajja jew mewt, tista' tostakola telefonati oħra aktar urġenti.

“Fl-aħħar snin ħdimna sabiex il-ħin ta' stennija dejjem jonqos, u nista' ngħid li dan issa naqas għal tliet sekondi. L-appell tiegħi jibqa' sabiex kull minn jagħzel li jċempel fuq din il-linja jevalwa s-sitwazzjoni u juża din il-linja biss, jekk is-sitwazzjoni tkun waħda urġenti jew ta' ħajja jew mewt," temm jgħid il-Ministru Camilleri, filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tas-servizzi kollha tal-emerġenza.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Imfakkar il-Jum Ewropew għan-numru tal-emerġenza 112
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow