Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u r-Renju Unit bi ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali

pr230224
Date Icon 10/02/2023

Waqt żjara uffiċjali mis-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp tar-Renju Unit, James Cleverly, f'pajjiżna, flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, iffirma ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Waqt laqgħa bilaterali u konferenza tal-aħbarijiet fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, il-Ministru Ian Borg qal li dan il-ftehim huwa frott ħidma li saret fl-aħħar xhur u snin minn bosta diplomatiċi sabiex iż-żewġ popli jgawdu minn relazzjonijiet bilaterali aktar b'saħħithom f'numru ta' setturi strateġiċi.

Il-Ministru Borg spjega li dan il-ftehim huwa xhieda tar-relazzjonijiet b'saħħithom li diġà jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u li se jkomplu jissaħħu. “Dan il-ftehim storiku jiffoka fuq il-politika barranija, is-sigurtà, id-difiża, l-amministrazzjoni pubblika, is-saltna tad-dritt, il-kummerċ, l-investiment, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-kultura. Inħares 'il quddiem għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim u l-benefiċċji li se jġib miegħu", żied jgħid il-ministru għall-affarijiet barranin.

Il-Ministru Borg spjega li matul il-laqgħa ġie diskuss ukoll is-suġġett tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda hekk kif iż-żewġ pajjiżi bħalissa qegħdin iservu fuq dan il-kunsill importanti. Intqal li l-kooperazzjoni, anke fuq livell multilaterali, se tkun qed tkompli żżid l-impenn taż-żewġ pajjiżi biex jikkontribwixxu għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali. Matul dawn it-taħditiet kienu diskussi wkoll il-Commonwealth u t-triq 'il quddiem ta' dan il-forum importanti.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin James Cleverly qal li r-Renju Unit għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni ma' Malta u ż-żjara tiegħu f'pajjiżna hija sinifikat tagħna. Huwa kompla jgħid li l-ftehim tal-lum huwa biss il-bidu tat-triq ta' aktar xogħol u ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi. Cleverly qal li jħares 'il quddiem biex anke jaħdem ma' Malta fejn jidħlu kwistjonijiet ta' paċi u sigurtà anke għall-fatt li pajjiżna dejjem kien aġent tal-paċi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u r-Renju Unit bi ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u r-Renju Unit bi ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u r-Renju Unit bi ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta u r-Renju Unit bi ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow