Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-industrija tal-gaming u setturi oħra bħall-esports u video game development

pr230222
Date Icon 09/02/2023

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri żar l-istands ta' diversi esponenti ewlenin tal-industrija tal-gaming f'Malta waqt l-expo internazzjonali annwali ICE London.

Il-Ministru Schembri, li kien akkumpanjat minn rappreżentanti ta' Gaming Malta u l-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), qal li dan is-settur f'pajjiżna qed jiffjorixxi. Dan anke b'rabta mal-aħħar rapport ippublikat mill-MGA li wera li kien hemm żieda fil-kumpaniji tal-gaming li joperaw minn pajjiżna. Fil-fatt f'dan ir-rapport l-MGA irrappurtat tkabbir ta' 8%.

“Huwa importanti li, bħala Gvern, nibqgħu naħdmu biex Malta tibqa' ġurisdizzjoni attraenti, biex b'hekk tibqa' ekosistema b'saħħitha f'dan is-settur u tgħin lill-ekonomija," qal il-Ministru Schembri. Huwa żied jgħid li, konxju mill-ispiża li jgħaddu minnha biex joperaw minn pajjiżna, il-Gvern se jkun qed iħabbar numru ta' inċentivi għal din l-industrija.

Il-Ministru Silvio Schembri, b'referenza għall-MGA, qal li Malta għanda regulatur b'reputazzjoni tajba f'dan is-settur, b'qafas regolatorju b'saħħtu li jipproteġi kemm lill-operaturi u anke l-konsumaturi.

Din l-industrija f'pajjiżna b'mod dirett timpjega madwar 11,000 ħaddiem u t-talenti f'dan is-settur huma dejjem imfittxija.

“Qegħdin ukoll naħdmu biex naraw aktar investiment f'setturi li ħarġu mill-industrija tal-gaming bħall-esports u video game development. Il-parteċipazzjoni ta' kumpaniji Maltin f'din l-expo ta' fama internazzjonali hija neċessarja biex tkompli twassal il-messaġġ li pajjiżna joffri eċċellenza fejn tidħol l-industrija tal-gaming," temm jgħid il-Ministru Silvio Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-industrija tal-gaming u setturi oħra bħall-esports u video game development
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-industrija tal-gaming u setturi oħra bħall-esports u video game development
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-industrija tal-gaming u setturi oħra bħall-esports u video game development
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET: Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-industrija tal-gaming u setturi oħra bħall-esports u video game development
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow