Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Għawdex lest biex jilqa’ eluf għall-festi tal-Karnival

PR230221
Date Icon 09/02/2023

Jitnieda l-programm uffiċjali tal-Karnival Reġjonali ta' Għawdex u l-Karnival organizzat u dak spontanju tan-Nadur

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-programm uffiċjali tal-Karnival Reġjonali ta' Għawdex u tal-Karnival organizzat u dak spontanju tan-Nadur.

Il-Karnival Reġjonali ta' Għawdex ser jittella' mill-Ġimgħa 17 ta' Frar sat-Tlieta 21 ta' Frar 2023. Il-Ġimgħa, is-Sibt, it-Tnejn u t-Tlieta l-Karnival se jibda b'defilè fis-6.00pm minn ħdejn Villa Rundle tul Triq ir-Repubblika fejn jilħaq il-qofol tiegħu fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk) bis-sehem tal-parteċipanti kollha. Se jieħdu sehem diversi kumpaniji taż-żfin tal-kbar u taż-żgħar li flimkien magħhom se jkun hemm tliet skejjel, tnejn Għawdxin u waħda Maltija, maskri grotteski, baned lokali u karrijiet trijonfali. Il-Ħadd id-defilè tibda fit-3.00pm.

Il-Ministru Camilleri rringrazzja lill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali u t-Taqsima tal-Kultura – Direttorat għall-Wirt Kulturali, ilkoll fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li jaħdmu qatigħ sabiex ikun organizzat il-Karnival Reġjonali ta' Għawdex.

Ġie mħabbar ukoll li se jirritorna l-Karnival tan-Nadur, fejn se jibda b'dak organizzat nhar il-Ħadd 12 ta' Frar fil-Pjazza bi programm ta' ħames sigħat fejn se jieħdu sehem gruppi minn Għawdex u se jispiċċa bil-kukkanja tradizzjonali.

Il-Karnival spontanju li għalih in-Nadur hu tant popolari se jsir bejn is-17 u l-21 ta' Frar fit-toroq taċ-ċentru tan-Nadur. Din is-sena huma mistennija kull tip ta' kostumi u maskri, inklużi temi kontemporanji bħal gwerer, satira politika u aktar.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Wara assenza ta' sentejn qed jerġa' jsir il-Karnival spontanju tan-Nadur fi Frar, li jattira eluf ta' Għawdxin u Maltin lejh, u – minkejja li huwa spontanju – jeħtieġ ħafna organizzazzjoni fejn tidħol loġistika u sigurtà. Il-Ministeru qed jgħin bis-sħiħ lill-Kunsill Lokali sabiex dan il-Karnival jibqa' jattira lejh dawn l-eluf ta' nies u jibqa' jipprogressa u jikber għas-snin li ġejjin."

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tan-Nadur Edward Said qal li, “Il-Karnival tan-Nadur jibqa' fost l-aktar avvenimenti mfittxija fil-kalendarju tax-xitwa f'pajjiżna. Mistennija eluf kbar ta' parteċipanti u viżitaturi sabiex jallegraw u jferrħu bil-kostumi tagħhom. Il-Kunsill Lokali jibqa' kommess li jagħmel il-parti tiegħu sabiex il-Karnival spontanju tan-Nadur ikun ta' suċċess."

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru kommess li jkompli jsostni attivitajiet li permezz tagħhom Għawdex jibqa' jkun attrazzjoni matul is-sena kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Għawdex lest biex jilqa’ eluf għall-festi tal-Karnival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Għawdex lest biex jilqa’ eluf għall-festi tal-Karnival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Għawdex lest biex jilqa’ eluf għall-festi tal-Karnival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Għawdex lest biex jilqa’ eluf għall-festi tal-Karnival
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow