Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Post alternattiv għall-istudenti tal-Iskola Primarja tal-Imtarfa, Kulleġġ St. Nicholas

PR230217
Date Icon 09/02/2023

Mit-22 ta' Frar, l-istudenti li bħalissa jirċievu l-edukazzjoni tagħhom fl-Iskola Primarja tal-Imtarfa, Kulleġġ St. Nicholas, se jkunu trasferiti l-Imsida, fil-binja li hija magħrufa bħala l-Imsida Hub u li sa ftit ġimgħat ilu kienet tilqa' studenti fiha għal programmi alternattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-Ministeru ħa din id-deċiżjoni wara li ġie nnutat degrad fl-istruttura tal-binja, b'rapporti ta' esperti jindikaw li dan il-proċess huwa wieħed kontinwu.

Il-ġenituri tal-istudenti ġew mgħarrfa b'dawn id-dettalji llum, f'laqgħa li saret apposta għalihom flimkien mal-edukaturi ta' uliedhom, biex jingħataw informazzjoni dwar il-ħtieġa li jsir dan il-proċess. Il-ġenituri u l-edukaturi kienu infurmati li nħasset il-ħtieġa li jsir dan iċ-ċaqliq biex tkun protetta s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi nfushom. Bejn l-aħħar jum fl-iskola tal-Imtarfa u l-ewwel jum fl-Imsida Hub, l-istudenti mhux se jitilfu jiem ta' edukazzjoni, għaliex kif ippjanat, it-trasferiment minn skola għal oħra qed isir f'perjodu li l-istudenti jkunu bil-vaganzi.

Filwaqt li l-aħħar jum tal-iskola fl-Imtarfa se jkun nhar l-Erbgħa, 15 ta' Frar, l-istudenti se jibdew fil-post il-ġdid fl-Imsida l-Erbgħa, 22 ta' Frar.

Mil-lum stess beda wkoll xi xogħol meħtieġ biex l-Imsida Hub tkun tista' tilqa' l-istudenti u l-edukaturi fiha.

Il-binja li bħalissa tintuża bħala skola primarja fl-Imtarfa u li fiha jattendu studenti minn Kindergarten sas-Sena 6, kienet inbniet fl-1893 biex isservi bħala l-Officers' Mess mill-Ingliżi u bħalissa jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fiha 92 student.

Fis-snin riċenti, riżultat ta' ċaqliq naturali tal-art li hija mibnija fuqha, fil-binja żviluppaw konsenturi u kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li jittieħed dan il-pass biex tkun imħarsa s-saħħa tal-istudenti u l-edukaturi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow