Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Frar 2023

PR230215
Date Icon 09/02/2023

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn miljun ewro (€200,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:-

  1. 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI); u

  2. 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I).

    Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

    Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu  jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-20 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t-22 ta' Frar 2023 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

    L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti bi rkant jiftħu l-Ġimgħa, l-24 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu  12.00 p.m. (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

    Il-prezz għal kull stock imsemmi f'elenku (i) u (ii) riferuti aktar qabel, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis, is-16 ta' Frar 2023. L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock u dawn jiġu ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

    Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti bi rkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

    Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa, is-17 ta' Frar 2023.

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ħamis, id-9 ta' Frar 2023.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow