STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Frar 2023
PR230215
09/02/2023
L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn miljun ewro (€200,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:-
- 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI); u
- 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I).
Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, l-20 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t-22 ta' Frar 2023 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti bi rkant jiftħu l-Ġimgħa, l-24 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 p.m. (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
Il-prezz għal kull stock imsemmi f'elenku (i) u (ii) riferuti aktar qabel, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis, is-16 ta' Frar 2023. L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock u dawn jiġu ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti bi rkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa, is-17 ta' Frar 2023.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ħamis, id-9 ta' Frar 2023.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en